Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2172(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0119/2011

Testi mressqa :

A7-0119/2011

Dibattiti :

PV 10/05/2011 - 4
CRE 10/05/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2011 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0165

Testi adottati
PDF 412kWORD 66k
It-Tlieta, 10 ta' Mejju 2011 - Strasburgu
Kwittanza 2009: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea
P7_TA(2011)0165A7-0119/2011
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0232/2010 – 2010/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea(3) u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0119/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 119.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0232/2010 – 2010/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea(3) u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0119/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 119.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0232/2010 – 2010/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea(3) u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0119/2011),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi fil-5 ta' Mejju 2010, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008(5), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza, fost affarijiet oħra:

   ħa nota tal-kumment tal-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tiegħu tal-2006 li l-bilanċ pożittiv akkumulat fil-baġit għall-2006 kien EUR 16 900 000, li, fl-2007, iċ-Ċentru kien se jaghti rifużjoni ta' EUR 9 300 000 lill-klijenti tiegħu u li fl-2008 l-bilanċ pożittiv kien ta' EUR 26 700 000; qabel mal-Qorti tal-Awdituri li tali akkumulazzjoni ta' bilanċji pożittivi tissuġerixxi li l-metodu użut miċ-Ċentru għat-tfassil tal-prezzijiet tat-traduzzjonijiet li jipprovdi ma kienx preċiż biżżejjed,
   jistieden lill-Kummissjoni u liċ-Ċentru biex jistinkaw biex isolvu kemm jista' jkun malajr t-tilwima dwar il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tal-persunal,

C.  billi l-baġit taċ-Ċentru għall-2009 kien ta' EUR 62 630 000, li huwa żieda ta' 4.48% fuq is-sena finanzjarja 2008,

Prestazzjoni

1.  Jilqa' l-pjan taċ-Ċentru li jagħmel rieżami f'nofs is-sena tal-Istrateġija 2008-2012; madanakollu jistieden liċ-Ċentru biex jiżviluppa aktar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu billi jtejjeb r-rabtiet bejn l-azzjonijiet strteġiċi u l-azzjonijiet previsti fil-Programm ta' Ħidma tiegħu u billi jeżamina mill-ġdid l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tiegħu sabiex ikun konformi mal-kriterji SMART;

2.  Jieħu nota li fl-2009 ċ-Ċentru żied fis-servizz tiegħu (f'termini ta' paġni tradotti) għall-istituzzjonijiet tal-UE b'41% meta mqabbla mas-sena 2008;

3.  Jifraħ liċ-Ċentru talli stabilixxa, f'tabella mehmuża mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tal-2009, tqabbil ċar tal-operazzjonijiet li twettqu matul is-snin 2008 u 2009 bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa l-prestazzjoni taċ-Ċentru b'mod aktar effettiv minn sena għall-oħra;

Ġestjoni finanzjarja

4.  Jistieden liċ-Ċentru biex japplika sistematikament l-Artikolu 82 tar-Regolament Finanzjarju tiegħu li fih iddikjara li “approprjazzjonijiet għall-impenji se jkopru l-ispiża kollha tal-impenji legali li ddaħħlu fis-sena finanzjarja attwali”;

Bilanċ pożittiv fil-baġit kontra ir-Regolament li jistabbilixxi ċ-Ċentru

5.  Jistieden liċ-Ċentru biex jieħu miżuri aktar effiċjenti biex jirrimedjaw għaż-żieda kostanti tiegħu fil-bilanċ pożittiv; jieħu nota, fil-fatt, li għal diversi snin iċ-Ċentru kellu bilanċ pożittiv akkumulat kontra r-Regolament (KE) Nru 2965/94, u li fl-2009 l-bilanċ pożittiv kien ta' EUR 24 000 000, filwaqt li kien ta' EUR 26 700 000 fl-2008, EUR 16 900 000 fl-2006, EUR 10 500 000 fl- 2005 u EUR 3 500 000 fl-2004; josserva li dan il-bilanċ pożittiv huma prinċipalment marbut ma' nuqqas ta' preċiżjoni fil-previżjonijiet tat-talbiet għal traduzzjoni mill-klijenti tiegħu;

6.  Jilqa“. madankollu, l-inizjattiva taċ-Ċentru biex jagħti rifużjoni ta' EUR 11 000 000 lill-klijenti tiegħu fl-2009; jenfasizza li bl-istess mod, fl-2007, iċ-Ċentru diġa kien ta' rifużjoni ta' EUR 9 300 000 lill-klijenti tiegħu;

Kontribuzzjonijiet għall-pensjoni fl-iskema tal-Kummissjoni għall-irtirar

7.  Jossrva li fit-12 ta' Frar 2010 il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat s-sentenza tagħha li l-appell tal-Kummissjoni (T-456/07)(6) kien evidentament inamissibbli, li talbet liċ-Ċentru jħallas kontribut li jirrapreżenta l-parti mill-finanzjament tal-iskema għall-pensjonijiet Komunitarja b'konnessjoni mas-snin tal-baġit mill-1998 sal-2005;

8.  Jifraħ liċ-Ċentru talli wettaq sforzi biex isib soluzzjoni amikevoli dwar il-kunflitt mal-Kummissjoni billi użua parti mill-bilanċ pożittiv fil-baġit tiegħu (EUR 18 300 000) biex iħallas il-kontribuzzjoni ta' min iħaddem għall-iskema ta' rtirar tal-Kummissjoni;

Sistema ta' kontabilità

9.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru biex jiżgura li hemm sistema tajba ta' kontabbiltà għall-validazzjoni biex tintuża mill-Uffiċjal ta' Kontabbiltà; ifakkar li n-nuqqas ta' sistema ta' kontabbiltà għall-validazzjoni jimplika li ċ-Ċentru se jieħu f'idejh ir-responsabbiltà tal-Uffiċċjal ta' Kontabbiltà tiegħu biex jiddikjara r-Rapport Annwali dwar l-Attività taċ-Ċentru;

10.  Jistieden liċ-Ċentru biex jinfurma l-awtorità ta' kwittanza bil-passi li tressqu biex is-sistema ta' kontabbiltà ABAC titħaddem b'mod effettiv; ifakkar liċ-Ċentru li peress li ċ-Ċntru ma għandux l-kompetenza meħtieġa biex imantni SI2, hemm riskju sinifikanti għall-kontinwità tal-operazzjonijiet finanjzarji sakemm ABAC qiegħda titħaddem;

Ir-riżorsi umani

11.  Jistieden liċ-Ċentru biex jinkludi informazzjoni dwar funzjonijiet sensittivi fid-deskrizzjonijiet tax-xogħol u biex jiżgura li l-kontrolli kollha li ġew stabbiliti huma identifikati;

12.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru biex jaġġorna r-regoli ta' implimentazzjoni għat-taħriġ u jiddefenixxi tempiżmu ġdid għal dan; isostni liċ-Ċentru fil-passi li ħa biex jissorvelja b'mod effettiv il-kwalità tal-korsijiet ta' taħriġ li joffri;

Verifika interna

13.  Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru bagħat lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza rapport imfassal mid-Direttur Eżekuttiv tiegħu li jagħti sommarju tal-kontenut tar-rakkomandazzjoni tal-IAS kif stipulat fl-Artikolu 72(5) tar-Regolament Finanzjarju ta' qafas; jistieden madanakollu lid-Direttur taċ-Ċentru biex jipprovdi informazzjoni speċifika dwar il-kontenut tar-rakkomandazzjonijiet li nfetħu mill-IAS;

14.  Jirrikonoxxi li l-IAS wettaq verifika dwar il-monitoraġġ u l-element importanti tal-assigurazzjoni fiċ-Ċentru fl-2009; iħeġġeġ liċ-Ċentru biex ikompli jsaħħaħ is-sistema ta' kontroll interna tagħha, is-sistema ta' monitoraġġ u l-proċess ta' assigurazzjoni tagħha;

15.  Jistieden ukoll liċ-Ċentru biex tfassal proċedura komprensiva bil-miktub li tiddefenixxi rwoli, tempiżmi u flussi tax-xogħol għall-istabbiliment, il-validazzjoni u l-prenotazzjoni ta' ordnijiet ta' rkupru għal tranżazzjonijiet kkunsinnati lill-konsumaturi;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 119.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 252, 25.9.2010, p. 119.
(6) ECR 2010, p. II-00183.
(7) Testi adottati, P7_TA(2011)0163.

Avviż legali - Politika tal-privatezza