Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2171(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0104/2011

Testi mressqa :

A7-0104/2011

Dibattiti :

PV 10/05/2011 - 4
CRE 10/05/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2011 - 9.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0178

Testi adottati
PDF 123kDOC 66k
It-Tlieta, 10 ta' Mejju 2011 - Strasburg Verżjoni finali
Kwittanza 2009: L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
P7_TA(2011)0178A7-0104/2011
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0231/2010 – 2010/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1) ,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0104/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 46.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0231/2010 – 2010/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1) ,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0104/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 46.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0231/2010 – 2010/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1) ,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0104/2011),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.  billi fil-5 ta' Mejju 2010, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008(5) , u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza ġibed l-attenzjoni, inter alia, għall-fatt li:

   l-Aġenzija ttrasferixxiet EUR 3 400 000 (44% tal-approprjazzjonjiet operattivi tagħha), li madwar EUR 1 000 000 minnhom kienu jikkonċernaw impenji li kienu relatati għalkollox mal-2009,
   il-Qorti tal-Awdituri identifikat irregolarità fir-rigward ta' proċedura ta' akkwist (l-użu ta' kuntratt ta' qafas lil hinn mill-valur massimu tiegħu),

C.  billi l-baġit tal-Aġenzija għall-2009 kien ta' EUR 15 100 000, li jikkostitwixxi żieda ta' 0.6% fuq il-baġit tagħha għall-2008;

Prestazzjoni

1.  Jitlob għal darb'oħra lill-Aġenzija biex tistabbilixxi, f'tabella li għandha tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tqabbil ċar tal-operazzjonijiet li twettqu matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u matul is-sena finanzjarja ta' qabel, bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa l-prestazzjoni tagħha b'mod aktar effikaċi minn sena għall-oħra;

2.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Aġenzija li tniedi “valutazzjoni minn qabel” tal-impatt li se jkollhom sal-2020 fuq is-sigurtà u s-saħħa l-innovazzjonijiet teknoloġiċi fl-impjiegi ekoloġiċi; jinnota wkoll li nġabret data dwar is-sigurtà u s-saħħa tan-nisa fil-post tax-xogħol;

Governanza tal-Aġenzija

3.  Sab li l-ispejjeż ta' governanza tal-Aġenzija kienu jammontaw għal 1.35% tal-baġit, peress li għandha Bord ta' Tmexxija b'84 membru u timpjega 64 membru tal-persunal (ċifri għas-sena finanzjarja 2008); ifakkar li dan jirrifletti r-Regolament (KE) Nru 2062/94, li kienet twaqqfet permezz tiegħu, li jipprova jilħaq preżenza ta' tliet partijiet billi jinkludi s-sħab soċjali fil-Bord ta' Tmexxija; jinnota li l-ħidma prattika ta' kuljum tal-Aġenzija titmexxa minn Bureau ta' 11-il membru, maħtur mill-Bord ta' Tmexxija;

Approprjazzjonijiet ittrasferiti

4.  Huwa mħasseb li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat għal darba oħra fl-2009 trasferimenti ta' EUR 3 500 000 (47% tal-impenji li saru) fir-rigward tal-attivitajiet operattivi (Titolu III) għas-sena baġitarja 2010; jenfasizza li din is-sitwazzjoni tindika dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija u mhix konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jirrikonoxxi li dan huwa parzjalment dovut għall-multiannwalità ta' proġetti importanti; jirrikonoxxi, madankollu, li l-Aġenzija, fil-bidu tal-2010, stabbiliet mekkaniżmu ta' rappurtar kull xahar biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet previsti fil-programm ta' ħidma annwali tagħha u l-aspetti baġitarji korrispondenti;

5.  Jistieden lill-Aġenzija tnaqqas ir-rata akbar ta' kanċellazzjoni u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-azzjonijiet meħuda; jilqa' l-wegħda tal-Aġenzija li tagħti attenzjoni partikolari lill-impenji li jkunu għadhom miftuħa fi tmiem is-sena bil-ħsieb li tiddiżimpenja l-ammonti li ma jkunux meħtieġa biex jiġu koperti l-obbligi finanzjarji u legali sussegwenti;

Verifika interna

6.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Aġenzija li tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza r-Rapport Annwali dwar l-Awditjar Intern tal-Aġenzija mħejji mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS); iqis li dan huwa indikazzjoni ta' trasparenza u eżempju ta' prattika tajba li għandha tiġi segwita minn Aġenziji oħra;

7.  Jifraħ lill-Aġenzija għall-progress konsiderevoli li għamlet f'dan ir-rigward; jirrikonoxxi li r-rakkomandazzjonijiet kollha li huma “importanti ħafna” magħmula mill-IAS lill-Aġenzija ġew implimentati u ngħalqu b'mod adegwat, ħlief għar-rakkomandazzjoni dwar il-validazzjoni tas-sistemi tal-kontabilità, li tniżżlet għal “importanti” konsegwenza tal-implimentazzjoni parzjali tagħha; jistieden għalhekk lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija biex jiddeskrivi l-metodoloġija użata fil-validazzjoni tas-sistema ta' kontabilità tagħha; jappoġġa l-idea li tiġi żviluppata kooperazzjoni fin-Netwerk eżistenti tal-Kontabilisti tal-Aġenziji biex jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni u tiġi żiluppata metodoloġija komuni għall-validazzjoni tas-sistema tal-kontabilità fl-aġenziji;

8.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tirrevedi l-listi biex tqabbel l-ispeċifiċitajiet tat-tranżazzjonijiet finanzjarji differenti u tagħmilhom disponibbli għall-persunal kollu;

9.  Jistieden barra minn hekk lill-Aġenzija tiffinalizza/taġġorna l-proċeduri ta' dokumentazzjoni tagħha; jistieden b'mod partikolari lill-Aġenzija tipproduċi lista eżawrjenti tal-proċessi ewlenin li għandhom jitqabblu mal-proċeduri rikjesti, u li din il-lista tiġi aġġornata sistematikament;

Rwol tal-koordinatur tan-netwerk tal-aġenziji

10.  Ifaħħar lill-aġenzija għall-ħidma effikaċi tagħha bħala koordinatur tan-netwerk tal-Aġenziji matul il-proċedura ta' kwittanza tal-2009;

o
o   o

11.  Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza u li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 46.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 252, 25.9.2010, p. 187.
(6) Testi adottati, P7_TA(2011)0163.

Aġġornata l-aħħar: 3 t'Ottubru 2012Avviż legali