Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2189(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0128/2011

Testi mressqa :

A7-0128/2011

Dibattiti :

PV 10/05/2011 - 4
CRE 10/05/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2011 - 9.26
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0185

Testi adottati
PDF 378kWORD 62k
It-Tlieta, 10 ta' Mejju 2011 - Strasburgu
Kwittanza 2009: L-Impriża Konġunta “CLEAN SKY”
P7_TA(2011)0185A7-0128/2011
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0249/2010 – 2010/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05894/2011 – C7-0051/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky”(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0128/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 7.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0249/2010 – 2010/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05894/2011 – C7-0051/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky”(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0128/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 7.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1
(3) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0249/2010 – 2010/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05894/2011 – C7-0051/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky”(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, adottati bid-deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha fis-7 ta' Novembru 2008,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0128/2011),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.  billi l-Impriża Konġunta “Clean Sky” ġiet stabbilita f'Diċembru 2007 biex taċċellera l-iżvilupp, il-validazzjoni u d-demonstrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa tat-trasport bl-ajru fl-UE sabiex jibdew jintuża kemm jista' jkun malajr,

C.  billi l-Impriża Konġunta tinsab fil-fażi tagħha ta' tnedija u kienet għadha ma stabbilixxietx bis-sħiħ il-kontrolli interni tagħha u s-sistemi tagħha ta' informazzjoni finanzjarja sa tmiem l-2009;

Implimentazzjoni tal-baġit

1.  Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2009 kien jinkludi EUR 91 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 60 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jagħraf ukoll li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet kienu ta' 98 % u ta'inqas minn 1 % rispettivament;

2.  Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta għadha fil-perjodu tal-bidu; huwa mħasseb, madankollu, minħabba li l-attivitajiet ta' riċerka prefinanzjati mill-Kummissjoni fl-2008 f'isem l-Impriża Konġunta ma ġewx implimentati b'mod sħiħ matul l-2009 u li, b'riżultat tad-dewmien fil-proġetti, intużaw biss EUR 8 700 000 jew 65 % mill-prefinanzjament ta' EUR 13 600 000;

3.  Huwa partikolarment imħasseb minħabba li l-adozzjoni, l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-baġit approvat tal-Impriża Konġunta għall-2009 ma kinux konformi mar-Regolament (KE) Nru 71/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, jew mar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Koġunta; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Impriża Konġunta biex tirrimedja malajr dan in-nuqqas serju;

Kontribuzzjonijiet tal-membri

4.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tarmonizza l-preżentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-membri fil-kontijiet skont il-gwida tal-Kummissjoni;

5.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tiżviluppa dispożizzjonijiet dwar is-sħubiha u l-kofinanzjament u, b'mod partikolari, dwar:

   l-arranġament għall-adeżjoni ta' membri ġodda,
   il-kontribuzzjonijiet in natura mill-membri,
   it-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom l-Impriża Konġunta tista' tivverifika l-kontribuzzjonijiet tal-membri,
   il-kondizzjonijiet li skonthom il-Bord Governattiv jista' japprova l-kofinanzjament;

Sistemi ta' kontroll intern

6.  Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tlesti l-implimentazzjoni tas-sistemi tagħha ta' kontroll intern u ta' informazzjoni finanzjarja;

7.  Jitlob lill-Impriża Konġunta, barra minn hekk, tinkludi fir-Regoli Finanzjarji tagħha referenza speċifika għas-setgħat tas-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) bħala l-awditur intern tagħha, abbażi tad-dispożizzjoni stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-entitajiet tal-Komunità;

8.  Iqis, b'mod partikolari, li r-rwol tal-IAS bħala awditur intern għandu jkun li jagħti parir lill-Impriża Konġunta dwar kif għandha tittratta r-riskji, billi jagħti opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta' amministrazzjoni u ta' kontroll u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u għall-promozzjoni ta' amministrazzjoni finanzjarja soda; iqis li huwa essenzjali li l-Impriża Konġunta tippreżenta rapport lill-awtorità tal-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fil-qosor l-għadd u t-tip ta' verifiki interni li jkunu saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu rigward dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

9.  Huwa tal-fehma li, minħabba d-daqs tal-baġit tagħha u l-kumplessità tal-kompiti fdati lilha, l-Impriża Konġunta għandha tistabbilixxi kumitat ta' verifika, li jkun jirrapporta direttament lill-Bord Governattiv;

Nuqqas ta' ftehim ospitanti

10.  Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tikkonkludi malajr ftehim ospitanti mal-Belġju dwar l-uffiċji, il-privileġġi, l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandhom jiġu pprovduti mill-Belġju lill-Impriża Konġunta kif previst skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008.

(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 7.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Avviż legali - Politika tal-privatezza