Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2292(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0173/2011

Testi mressqa :

A7-0173/2011

Dibattiti :

PV 10/05/2011 - 16
CRE 10/05/2011 - 16

Votazzjonijiet :

PV 11/05/2011 - 5.14
CRE 11/05/2011 - 5.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0221

Testi adottati
PDF 137kDOC 112k
L-Erbgħa, 11 ta' Mejju 2011 - Strasburg Verżjoni finali
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament wara l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza komuni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni
P7_TA(2011)0221A7-0173/2011

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-emendar tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew wara l-istabbilment ta' Reġistru ta' Trasparenza Komuni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni (2010/2292(REG))

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-18 ta' Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-11 ta' Mejju 2011(1) li tapprova l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' “reġistru ta' trasparenza”,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 u l-Artikolu 127(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0173/2011),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li t-test tal-ftehim imsemmi hawn fuq jiġi inkluż fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu bħala Anness X, Parti B;

3.  Jiddeċiedi li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – titolu
Interessi finanzjarji tal-Membri, standards ta' mġiba u aċċess għall-Parlament
Interessi finanzjarji tal-Membri, standards ta' mġiba, reġistru ta' trasparenza obbligatorju u aċċess għall-Parlament
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Fil-bidu ta' kull leġislatura, il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditat minn kull Membru (assistenti akkreditati).
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  Il-Kwesturi għandu jkollhom ir-responsabbiltà li joħorġu permessi nominattivi validi għal mhux aktar minn sena lil persuni li jkunu jixtiequ jidħlu sikwit fil-bini tal-Parlament sabiex iwasslu tagħrif lill-Membri fil-qafas tal-mandat parlamentari tagħhom fl-interess tagħhom personali jew f'dak ta' terzi persuni.
4.   Il-kards ta' aċċess fit-tul jinħarġu lil persuni esterni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Kwesturi Dawn il-kards huma validi għal mhux aktar minn sena, u jistgħu jiġġeddu. Id-dettalji dwar l-użu ta' dawn il-kards huma ffissati mill-Bureau.
Għal dan il-għan, dawn il-persuni jkunu meħtieġa li:
– jirrispettaw il-kodiċi ta' mġiba ppublikat bħala anness mar-Regoli ta' Proċedura;
– jiffirmaw reġistru miżmum mill-Kwesturi.
Dan ir-reġistru għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku meta ssir talba għalih, f'kull post tax-xogħol tal-Parlament u, fil-forma mħejjija mill-Kwesturi, fl-uffiċċji ta' informazzjoni tiegħu fl-Istati Membri.
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom jitniżżlu f'anness mar-Regoli ta' Proċedura .
Dawn il-kards ta' aċċess jistgħu jinħarġu:
- lill-persuni li huma rreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza 1 , jew li jirrappreżentaw jew jaħdmu għal organizzazzjonijiet li huma rreġistrati fih, madankollu r-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal tali kards ta' aċċess;
- lill-persuni li jixtiequ jidħlu l-bini tal-Parlament ta' spiss iżda ma jaqgħux fl-ambitu tal-ftehim dwar l-istabbilment tar-reġistru ta' trasparenza 2 ;
- lill-assistenti lokali tal-Membri kif ukoll lill-persuni li jgħinu lill-Membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
1 Reġistru stabbilit permezz tal-ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' “reġistru ta' trasparenza” għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (ara l-Anness X, Parti B ).
2 Ara l-Anness X, Parti B.
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  Il-persuni rreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza għandhom, fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Parlament, josservaw:
- il-kodiċi ta' mġiba anness mal-ftehim 1 ;
- il-proċeduri u l-obbligi l-oħra stabbiliti fil-ftehim; u
- id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu;
1 Ara l-Anness 3 tal-ftehim li jinsab fl-Anness X, Parti B.
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 4 b (ġdid)
4b.  Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw sa liema miżura l-kodiċi ta' mġiba huwa applikabbli għall-persuni li, filwaqt li għandhom kard ta' aċċess fit-tul, ma jaqgħux fl-ambitu tal-ftehim.
Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 4 c (ġdid)
4c.  Il-kard ta' aċċess għandha tiġi rtirata permezz ta' deċiżjoni motivata mill-Kwesturi fil-każijiet li ġejjin:
- it-tneħħija mir-reġistru ta' trasparenza, sakemm ma jkunx hemm argumenti sinifikattivi kontra l-irtirar;
- nuqqas serju tal-osservanza tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 4a.
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 4 d (ġdid)
4d.  Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta' trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-istabbiliment tal-imsemmi reġistru;
Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-paragrafi 4 sa 4d għandhom jiġu stabbiliti fl-anness 3 .
3 Ara l-Anness X, Parti A.
Emenda 8
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I – artikolu 2 – subparagrafi 2 u 3
Membri tal-Parlament m'għandhom jaċċettaw l-ebda rigal jew benefiċċju ieħor fil-qadi ta' dmirijiethom.
Membri tal-Parlament m'għandhom jaċċettaw l-ebda rigal jew benefiċċju fil-qadi ta' dmirijiethom.
Id-dikjarazzjonijiet fir-reġistru għandhom isiru taħt ir-responsabiltà personali tal-Membru u għandhom ikunu aġġornati kull sena.
Id-dikjarazzjonijiet fir-reġistru għandhom isiru taħt ir-responsabilità personali tal-Membru u għandhom ikunu aġġornati kull darba li ssir xi modifika u jkunu aġġornati tal-anqas kull sena. Il-Membri huma għal kollox responsabbli mit-trasparenza tal-interessi finanzjarji tagħhom.
Emenda 9
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness X - titolu
ANNESS X
ANNESS X
Dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(4) - “Lobbying” fil-Parlament
Reġistru ta' trasparenza
A.  Dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(4) sa (4d)
Emenda 10
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness X – Artikolu 1
Artikolu 1
Artikolu Waħdani
Permess
Kards ta' aċċess
1.  Il-permess għandu jikkonsisti minn tessera tal-plastik, bir-ritratt tal-persuna kkonċernata, b'isimha u kunjomha u l-isem tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni fejn taħdem, jew tal-kap tagħha.
1.  Il-kard ta' aċċess għandha tikkonsisti minn tessera tal-plastik, bir-ritratt tad-detentur , b'isimha u kunjomha u l-isem tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni fejn taħdem, jew tal-kap tagħha.
Kull min jingħata permess għandu jilbsu b'mod li jkun jidher f'kull ħin fil-bini kollu tal-Parlament. Jekk wieħed ma jilbsux , il-permess jista' jiġi kkonfiskat .
Kull detentur ta' kard ta' aċċess għandu jilbisha b'mod li tkun tidher f'kull ħin fil-bini kollu tal-Parlament. Jekk wieħed ma jilbishiex , il-kard ta' aċċess tista' tiġi kkonfiskata .
Dawn il-permessi jintgħarfu minn permessi oħra magħmula għall-viżitaturi okkażjonali minħabba l-għamla u l-kulur tagħhom.
Dawn il-kards ta' aċċess jintgħarfu minn kards oħra magħmula għall-viżitaturi okkażjonali minħabba l-għamla u l-kulur tagħhom.
2.  Il-permessi għandhom jiġġeddu biss wara li l-persuni kkonċernati jkunu ssoddisfaw l-obbligazzjonijiet imsemmija fir-Regola 9(4) .
2.  Il-kards ta' aċċess għandhom jiġġeddu biss wara li d-detenturi jkunu ssoddisfaw l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(4a) .
Kull dubju li jkollu Membru rigward l-attività ta' rappreżentant jew “lobby” għandu jiġi ppreżentat lill-Kwesturi li għandhom jinvestigaw il-każ u jiddeċiedu jekk il-permess fil-kwistjoni għandux jiġi rtirat jew le.
Kull ilment sostnut minn fatti materjali u li jaqa' fl-ambitu tal-kodiċi ta' mġiba anness mal-ftehim li jistabbilixxi r-reġistru ta' trasparenza 1 għandu jiġi ppreżentat lis-seġretarjat tar-reġistru komuni. Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament għandu jibgħat id-deċiżjonijiet tat-tneħħija mir-reġistru lill-Kwesturi li għandhom jiddeċiedu fuq l-irtirar tal-kard ta' aċċess.
In-notifiki tad-deċiżjonijiet mill-Kwesturi biex jirtiraw kard ta' aċċess waħda jew aktar għandhom jinkludu talba lid-detenturi jew lill-organizzazzjonijiet li għalihom huma jaħdmu biex jirritornaw l-imsemmija kards lill-Parlament fi żmien 15-il ġurnata min-notifika tad-deċiżjoni.
3.  Il-permessi m'għandhom fl-ebda ċirkustanza jippermettu lil min jilbishom li jieħu sehem f'laqgħat tal-Parlament jew ta' entitajiet oħra ħlief f'laqgħat li huma miftuħin għall-pubbliku, u f'dan il-każ il-persuna kkonċernata ma jkollha dritt għall-ebda deroga mir-regoli dwar l-aċċess li jorbtu liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni .
3.  Il-kards ta' aċċess m'għandhom fl-ebda ċirkustanza jippermettu lid-detenturi tagħhom li jieħu sehem f'laqgħat tal-Parlament jew tal-entitajiet tiegħu ħlief f'laqgħat li huma ddikjarati miftuħin għall-pubbliku, u f'dan il-każ id-detentur ma jkollu dritt għall-ebda deroga mir-regoli dwar l-aċċess li jorbtu liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni .
1 Ara l-Anness 3 tal-ftehim li jinsab fil-Parti B ta' dan l-anness.
Emenda 11
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness X – Artikolu 2
1.  Fil-bidu ta' kull leġislatura l-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditat minn kull Membru.
imħassar
Meta jibdew jaħdmu, l-assistenti akkreditati għandhom jagħmlu stqarrija bil-miktub dwar l-attivitajiet professjonali tagħhom u dwar kwalunkwe xogħol jew attività li qed jagħmlu bi ħlas.
2.  Għandu jkollhom aċċess għall-Parlament bl-istess kundizzjonijiet tal-istaff tas-Segretarjat jew tal-gruppi politiċi.
3.  Impjegati oħra, inklużi impjegati li jaħdmu direttament mal-Membri, għandu jkollhom aċċess limitat għall-Parlament kif imfisser fil-kundizzjonijiet stipulati fir-Regola 9(4).
Emenda 12
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness X – paragrafu 3
Artikolu 3
imħassar
Kodiċi ta' Kondotta
1.  Fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Parlament, il-persuni li isimhom jidher fir-reġistru msemmi fir-Regola 9(4) għandhom:
a) jimxu mad-dispożizzjonijiet tar-Regola 9 u ta' dan l-Anness;
b) jiddikjaraw l-interess jew l-interessi li jirrappreżentaw fil-kuntatti mal-Membri tal-Parlament, l-istaff tagħhom jew uffiċjali tal-Parlament;
c) jirrinunzjaw milli jwettqu azzjoni li jkollha l-għan li tikseb informazzjoni b'mod qarrieq;
d) ma jippretendux li jkollhom relazzjoni formali mal-Parlament f'negozjati ma' partijiet terzi;
e) ma jqassmux bi qligħ kopji ta' dokumenti miksuba mill-Parlament lil partijiet terzi;
f) josservaw strettament id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness I;
g) jaċċertaw ruħhom li kull għajnuna pprovduta skont id-dispożizzjonijiet tal- Artikolu 2 tal-Anness I titniżżel fir-reġistru xieraq;
i) josservaw ir-regoli stipulati mill-Parlament dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' Membri preċedenti;
j) biex jiġu evitati konflitti ta' interess, jitolbu l-kunsens minn qabel tal-Membru jew tal-Membri kkonċernat/i, fir-rigward ta' kull tip ta' relazzjoni kuntrattwali ma' jew tal-ingaġġ ta' assistent ta' Membru, u wara jaċċertaw ruħhom li dan il-kunsens jiġi mniżżel fir-reġistru assenjat skont ir-Regola 9(4);
2.  Ksur ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta jista' jwassal għall-konfiska tal-permess maħruġ lill-persuni kkonċernati u, jekk ikun hemm bżonn, lid-ditti tagħhom.
Emenda 13
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness X – Parti B – Titolu (ġdid)
B.  Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' “reġistru ta' trasparenza” għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu nvoluti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea

(1) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2011)0222.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Novembru 2012Avviż legali