Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 68kDOC 32k
Il-Ħamis, 9 ta' Ġunju 2011 - Strasburgu Verżjoni finali
Ix-xogħol tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru
P7_TA(2011)0274P7_DCL(2011)0010

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar ix-xogħol tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi waqt il-ġlied interkomunali 1963-1964, u wara bl-invażjoni Torka ta' Ċipru fl-1974, ġew rapportati nieqsa madwar 2 000 individwu kemm mill-komunitajiet Griegi u dawk Torok,

B.  billi l-lokazzjoni u d-destin ta' bosta minn dawn l-individwi għadhom mhumiex magħrufa,

C.  billi l-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru (CMP), li hu sussidjat finanzjarjament min-Nazzjonijiet Uniti, il-Kumissjoni Ewropea u donaturi oħra, jaħdem biex jistabilixxi x'sar minnhom dawk li ġew irrappurtati nieqsa,

1.  Jaċċetta b'mod komplut ix-xogħol tas-CMP u jagħraf ir-rwol tiegħu wara konflitt għall-promozzjoni tal-verità, it-tifkira u r-rikonċiljazzjoni f'Ċipru;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli talloka biżżejjed riżorsi lis-CMP sabiex dan ikun jista' jissodisfa l-mandat importanti tiegħu;

3.  Jitlob lill-Gvernijiet tat-Turkija u lil Ċipru biex ikomplu jappoġġaw ix-xogħol tas-CMP, biex jirduppjaw l-isforzi sabiex jagħtu kont dwar dawk l-individwi li għadhom elenkati bħala nieqsa u biex jassiguraw li l-informazzjoni kollha li tista' tiffaċilita l-missjoni tas-CMP tiġi provvduta lilu b'mod ħieles;

4.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1) , lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru.

(1) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tad-9 ta' Ġunju 2011 (P7_PV(2011)06-09(ANN2)).

Aġġornata l-aħħar: 3 t'Ottubru 2012Avviż legali