Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0161(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0298/2011

Testi mressqa :

A7-0298/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/09/2011 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0397

Testi adottati
PDF 196kWORD 31k
It-Tlieta, 27 ta' Settembru 2011 - Strasburgu
Ftehima bejn il -KE u l-Messiku dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ***
P7_TA(2011)0397A7-0298/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (05735/2011 – C7-0067/2011 – 2008/0161(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05735/2011),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (07158/2/2009),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 100(2), 218(8) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0067/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0298/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti Messikani.

Avviż legali - Politika tal-privatezza