Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0014(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0227/2011

Testi mressqa :

A7-0227/2011

Dibattiti :

PV 12/10/2011 - 19
CRE 12/10/2011 - 19

Votazzjonijiet :

PV 13/10/2011 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0439

Testi adottati
PDF 82kDOC 44k
Il-Ħamis, 13 t'Ottubru 2011 - Brussel Verżjoni finali
Is-sottoskrizzjoni mill-UE f'ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ***I
P7_TA(2011)0439A7-0227/2011
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea f'ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) bħala riżultat tad-deċiżjoni li jiżdied dan il-kapital COM(2011)0034 – C7-0038/2011 – 2011/0014(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0034),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0038/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-14 ta' Settembru 2011 li japprova il-pożizzjoni tal-Parlament, skont it-termini tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0227/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stipulat hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Ottubru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea f'ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) bħala riżultat tad-deċiżjoni li jiżdied dan il-kapital
P7_TC1-COD(2011)0014

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1219/2011/UE.)

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Marzu 2013Avviż legali