Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/2020(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0414/2011

Testi mressqa :

A7-0414/2011

Dibattiti :

PV 01/12/2011 - 4
CRE 01/12/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2011 - 6.2
PV 01/12/2011 - 6.3
CRE 01/12/2011 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0521

Testi adottati
PDF 505kDOC 385k
Il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011 - Brussell Verżjoni finali
Proċedura baġitarja 2012: test konġunt
P7_TA(2011)0521A7-0414/2011
Riżoluzzjoni
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja 2012 17470/2011 ADD 1, 2, 3, 4, 5 – C7-0446/2011 – 2011/2020(BUD))

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (17470/2011 ADD 1, 2, 3, 4, 5 – C7-0446/2011) u d-dikjarazzjonijiet tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha(1) u l-emendi baġitarji li jinsabu fiha,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011 (COM(2011)0300),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Lulju 2011 (13110/2011),

–  wara li kkunsidra l-Ittri ta' Emenda Nru 1/2012, 2/2012 u 3/2012 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 ippreżentati mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2011, fis-16 ta' Settembru 2011 u fil-25 ta' Ottubru 2011 rispettivament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(2) ,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3) ,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(4) ,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 75d u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0414/2011),

1.  Japprova t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin meħuda flimkien:

   lista tal-linji baġitarji li ma ġewx immodifikati, meta mqabbla mal-abbozz ta' baġit jew mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
   ċifri sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali;
   iċ-ċifri linja b'linja għall-partiti baġitarji kollha;
   dokument konsolidat li juri ċ-ċifri u t-test aħħari tal-linji kollha modifikati matul il-konċiljazzjoni;

2.  Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni inklużi fil-konklużjonijiet konġunti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0461.
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


ANNESS

19.11.2011

Baġit 2012 – Konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru tliet taqsimiet:

   1. Baġit 2012
   2. Baġit 2011 – Baġit Emendatorju 6/2011
   3. Dikjarazzjonijiet konġunti

1.  Baġit 2012

1.1.  Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati jew mill-Kunsill jew mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom huma kkonfermati.

Għall-partiti baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għall-konklużjonijiet li ġejjin:

1.2.  Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji Deċentralizzati

Il-kontribut totali tal-UE fl-2012 (li jikkonsisti f'approprjazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fil-baġit 2012 u d-dħul assenjat disponibbli, f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) għall-aġenziji deċentralizzati qed jitnaqqas b'1% meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit (AB) kif emendat bl-Ittra ta' Emenda 3/2012. Madankollu, il-kontribuzzjoni totali tal-UE (f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) hija stabbilita fil-livell tal-AB għall-FRONTEX (Titolu 1 u 2), għall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO), għall-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), għall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) u għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS). Għall-Frontex Titolu 3, ara l-intestatura 3a fit-taqsima 1.3 hawn isfel.

Meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit tal-Kummissjoni, dan iwassal għal tnaqqis globali ta' EUR 6,1 miljun fil-kontribuzzjoni tal-UE għall-aġenziji deċentralizzati li ġejjin, kif muri fit-tabella hawn isfel:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem tal-aġenzija deċentralizzata

Kontribuzzjoni totali tal-UE fl-2012 (approprjazzjonijiet baġitarji u dħul assenjat): Approprjazzjonijiet għall-impenji

Baġit 2012

Ammont inizjali

Ammont rivedut

Tnaqqis fil-Baġit 2012

02 03 03

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Kimiċi

p.m.

p.m.

p.m.

02 05 02

Aġenzija Ewropea GNSS (GSA)

10,600

10,494

- 0,106

04 04 03

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND)

20,590

20,384

- 0,206

04 04 04

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)

14,830

14,682

- 0,148

06 02 01

Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

35,214

34,862

- 0,352

06 02 02

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Li minnhom miżuri kontra t-tniġġis (06 02 02 03)

53,565

20,000

53,229

20,000

- 0,336

-

06 02 08

Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)

25,260

25,007

- 0,253

09 02 03

Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)

8,420

8,336

- 0,084

09 02 04

Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – Uffiċċju (BEREC)

4,336

4,293

- 0,043

15 02 25

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP)

17,610

17,434

- 0,176

17 03 10

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Li minnhom prodotti mediċinali orfni (17 03 10 03)

39,188

4,488

38,841

4,488

- 0,347

-

32 04 10

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

7,315

7,242

- 0,073

33 06 03

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

7,820

7,742

- 0,078

Subtotal

Intestatura 1a

- 2,203

07 03 09

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)

36,676

36,309

- 0,367

07 03 60

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Prodotti Bijoċidali

2,756

2,728

- 0,028

07 03 70

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Kunsens Infurmat Minn Qabel

1,470

1,455

- 0,015

11 08 05

Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA)

9,310

9,217

- 0,093

Subtotal

Intestatura 2

- 0,502

18 02 11

Aġenzija għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira

20,000

19,800

- 0,200

18 05 02

Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

84,500

83,655

- 0,845

18 05 05

Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)

8,536

8,451

- 0,085

18 05 11

Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)

15,708

15,551

- 0,157

33 02 03

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

20,400

20,196

- 0,204

33 03 02

EUROJUST

33,300

32,967

- 0,333

Subtotal

Intestatura 3a

- 1,824

17 03 03

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

57,300

56,727

- 0,573

17 03 07

Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

77,122

76,351

- 0,771

Subtotal

Intestatura 3b

- 1,344

15 02 27

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

20,247

20,045

- 0,202

Subtotal

Intestatura 4

- 0,202

31 01 09

Ċentru tat-Traduzzjoni

p.m.

p.m.

p.m.

Subtotal

Intestatura 5

p.m.

Total

Impatt nett

- 6,076

Fir-rigward tal-livell ta' approprjazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fil-baġit 2012, it-tnaqqis hawn fuq imsemmi għall-aġenziji individwali skont l-artikolu baġitarju se jinqasam skont il-partita baġitarja b'mod proporzjonat għall-piż fl-Abbozz ta' Baġit taż-żewġ partiti baġitarji kkonċernati (kontribuzzjoni għat-Titoli 1 u 2 u kontribuzzjoni għat-Titolu 3).

In-numru ta' karigi għall-aġenziji deċentralizzati kollha huwa stabbilit fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra ta' Emenda 3/2012.

Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) u n-numru ta' karigi għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit, bl-eċċezzjoni tal-linja “magħluqa” għall-kontribuzzjoni tal-UE għall-EACI mill-programm Marco Polo (06 01 04 32).

Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Hemm qbil dwar pakkett komprensiv ta' 70 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), inklużi żewġ proġetti/azzjonijiet fit-taqsima X (SEAE) tal-baġit, għal ammont ta' EUR 105,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji, inklużi l-PP/AP kollha proposti mill-Parlament, mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi legali korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni. Barra minn hekk, hemm qbil dwar il-bidliet għall-kummenti baġitarji għall-proġett pilota “Istitut Ewropew tal-Paċi” fit-taqsima X (SEAE) li jinsabu fl-Anness.

Fir-rigward tal-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji, ir-regoli speċifiċi huma definiti fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

Dan il-pakkett jirrispetta għal kollox il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fl-IIA.

1.3.  Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet għall-impenji (1)

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1a

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

02 02 01

CIP – Programm għall-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni

148,6

156,1

+ 7,5

02 04 01 01

Riċerka Spazjali

250,3

251,3

+ 1,0

02 04 01 02

Riċerka tas-Sigurtà

242,1

243,0

+ 0,9

04 03 04

EURES

19,5

20,6

+ 1,1

04 03 15

Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (diġà magħluqa)

-

2,7

+ 2,7

08 02 01

Il-Kooperazzjoni – Is-Saħħa

637,2

639,5

+ 2,3

08 03 01

Il-Kooperazzjoni – L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija

311,6

312,8

+ 1,2

08 04 01

Kooperazzjoni – In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u Teknoloġiji ġodda tal-Produzzjoni

499,2

501,0

+ 1,8

08 05 01

Kooperazzjoni – l-Enerġija

166,0

178,3

+ 12,3

08 06 01

Kooperazzjoni – Ambjent (inkluż it-tibdil fil-klima)

279,8

280,9

+ 1,1

08 07 01

Kooperazzjoni – Trasport (inkluża l-Ajrunawtika)

322,6

323,8

+ 1,2

08 08 01

Kooperazzjoni – Ix-xjenzi soċjoekonomiċi u l-istudji umanistiċi

92,1

92,4

+ 0,3

08 09 01

Kooperazzjoni – Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju (RSFF)

197,3

198,0

+ 0,7

08 10 01

L-ideat

1 547,5

1 564,9

+ 17,4

08 12 01

Kapaċitajiet – Infrastrutturi ta' Riċerka

50,0

50,2

+ 0,2

08 13 01

Kapaċitajiet – Riċerka dwar l-SMEs

238,6

251,2

+ 12,6

08 14 01

Kapaċitajiet – Reġjuni ta' għarfien

20,0

20,1

+ 0,1

08 15 01

Kapaċitajiet – Potenzjal għar-riċerka

66,4

66,6

+ 0,2

08 16 01

Kapaċitajiet – Ix-xjenza fis-soċjetà

44,6

44,8

+ 0,2

08 17 01

Kapaċitajiet – Attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali

32,0

32,1

+ 0,1

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

08 19 01

Kapaċitajiet – Appoġġ għal żvilupp koerenti ta' politika ta' riċerka

13,1

13,1

+ 0,0

09 04 01 01

Appoġġ għall-Kooperazzjoni fir-Riċerka fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT – Kooperazzjoni)

1 240,4

1 244,5

+ 4,1

09 05 01

Kapaċitajiet – Infrastrutturi ta' Riċerka

31,2

31,3

+ 0,1

10 02 01

Attivitajiet mhux nukleari taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunt (JRC)

31,4

31,5

+ 0,1

15 02 02

Erasmus Mundus

103,8

105,6

+ 1,9

15 02 22

Tagħlim Tul il-Ħajja

1 058,5

1 110,5

+ 52,0

15 07 77

In-nies

886,4

905,7

+ 19,3

32 04 06

CIP – Enerġija Intelliġenti

122,3

129,8

+ 7,5

32 06 01

Ir-riċerka relatata mal-enerġija

147,6

162,6

+ 15,0

Subtotal

Żidiet

+ 165,0

- Li minnhom żidiet għas-CIP

+ 15,0

- Li minnhom żidiet għall-FP7

+ 92,0

04 03 07

Analiżi, studji u t-tkabbir tal-għarfien (diġà magħluqa)

4,9

2,2

- 2,7

Tnaqqis fl-infiq ta' appoġġ (diversi linji – diġà magħluqin)

- 0,5

Subtotal

Tnaqqis

- 3,2

Total

Impatt nett

+ 161,8

Marġni intestatura 1a

- 50,0

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

L-Istrument ta' Flessibilità se jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 50,0 miljun għall-“Istrateġija Ewropa 2020”.

Mingħajr preġudizzju għad-dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament tal-proġett ITER li tinsab fit-taqsima 3.4 hawn isfel, l-approprjazzjonijiet għall-impenji mqiegħda f'riżerva għall-“ITER” (artikolu baġitarju 08 20 02) huma stabbiliti fl-ammont ta' EUR 417,9 miljun.

Intestatura 1b

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit, bl-eċċezzjoni tal-linja baġitarja 13 03 31 “Assistenza teknika u tixrid ta' informazzjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u għarfien imtejjeb tal-istrateġija tal-makroreġjuni”, li għaliha hemm qbil dwar ammont ta' EUR 2,5 miljun f'impenji. Konsegwenza ta' dan, il-marġni taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-intestatura 1b jammonta għal EUR 8,4 miljun.

Intestatura 2

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra ta' Emenda 3/2012, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

Żieda fl-approprjazzjonijiet għall-agrikoltura fl-Ittra ta' Emenda 3/2012

- Li minnhom żieda fl-għajnuna lill-gruppi ta' produtturi rikonoxxuti minn qabel (partita baġitarja 05 02 08 11)

150,0

195,0

+ 115,5

+ 45,0

Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-agrikoltura fl-Ittra ta' Emenda 3/2012

- 201,2

Subtotal

Tnaqqis nett fl-approprjazzjonijiet għall-agrikoltura fl-AL 3/2012

- 85,7

05 07 01 06

Approvazzjoni tal-kontijiet

- 69,0

- 200,0

- 131,0

05 02 12 08

Ħalib għall-iskejjel

81,0

90,0

+ 9,0

Subtotal

Impatt nett tal-bidliet

- 122,0

Marġni intestatura 2

834,2

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidied u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

Bħala rifless tal-ftehim politiku milħuq fir-rigward tal-“Programmi għall-persuni neqsin mill-affarijiet essenzjali” (partita baġitarja 05 02 04 01), l-approprjazzjonijiet attwalment f'riżerva għal dan il-għan qed jitqiegħdu fil-linja kkonċernata.

It-tliet istituzzjonijiet qablu dwar id-dikjarazzjoni konġunta li tinsab fit-taqsima 3.3. hawn isfel.

Intestatura 3a

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin, bi qbil mal-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linji “magħluqa”):

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

18 02 03 02

Frontex – Titolu 3

50,5

59,5

+ 9,0

18 03 03

Fond Ewropew għar-Refuġjati

93,5

102,5

+ 9,0

33 02 05

Daphne

17,5

19,5

+ 2,0

Subtotal

Żidiet

+ 20,0

18 01 04 16

Prevenzjoni, tħejjija u ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu – Nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)

0,3

0,2

- 0,10

33 01 04 01

Drittijiet fundamentali u ċittadinanza – Nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)

0,35

0,3

- 0,05

33 01 04 03

Ġustizzja penali – nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)

0,4

0,35

- 0,05

33 01 04 04

Ġustizzja ċivili – nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)

0,3

0,25

- 0,05

Subtotal

Tnaqqis

- 0,25

Total

Impatt nett

+ 19,75

Marġni intestatura 3a

38,2

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet tat-tnaqqis maqbul fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

Intestatura 3b

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi maqbula għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

15 05 06

Avvenimenti annwali speċjali

p.m.

1,5

+ 1,5

15 05 55

Żgħażagħ fl-Azzjoni

134,6

139,6

+ 5,0

16 02 02

Azzjonijiet ta' Multimidja

30,5

31,5

+ 1,0

16 03 04

Flimkien biex nikkomunikaw l-Ewropa

12,7

13,0

+ 0,3

Subtotal

Żidiet

+ 7,8

Tnaqqis fl-infiq ta' appoġġ (diversi linji – diġà magħluqin)

- 0,3

Subtotal

Tnaqqis

- 0,3

Total

Impatt nett

+ 7,5

Marġni intestatura 3b

1,6

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

Intestatura 4

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, inkluża l-Ittra ta' Emenda 1/2012, b'emendi maqbula għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

19 08 01 02

ENPI – Palestina, Proċess ta' Paċi, UNRWA

200,0

200,0

BE6

19 04 03

Osservazzjoni tal-elezzjonijiet

35,1

38,0

+ 2,9

19 06 01 01

Strument ta' Stabilità

225,0

232,8

+ 7,8

19 09 01

Amerika Latina

352,6

364,3

+ 11,7

19 10 01 01

Asja

506,4

520,9

+ 14,5

22 02 07 03

Il-Komunità Torka f'Ċipru

25,0

28,0

+ 3,0

Subtotal

Żidiet

39,9 + BE6

01 03 02

Għajnuna makrofinanzjarja (diġà magħluqa)

105,0

95,6

- 9,45

04 06 01

IPA – Riżorsi Umani

114,2

112,2

- 2,0

05 05 02

IPA – Żvilupp Rurali

237,5

234,5

- 3,0

05 06 01

Ftehimiet agrikoli internazzjonali (diġà magħluqa)

6,5

6,4

- 0,1

07 02 01

Attivitajiet ambjentali multilaterali (diġà magħluqa)

2,3

2,2

- 0,1

19 05 01

Pajjiżi terzi industrijalizzati (diġà magħluqa)

25,0

24,0

- 1,0

19 10 01 02

Afganistan

199,9

198,9

- 1,0

19 11 01

Evalwazzjoni tar-riżultati, segwitu u awditjar (diġà magħluqa)

15,6

14,0

- 1,6

19 11 02

Programmi ta' tagħrif għall-pajjiżi terzi

12,5

11,5

- 1,0

19 11 03

L-UE fid-dinja

5,0

2,5

- 2,5

20 02 01

Relazzjonijiet kummerċjali esterni (diġà magħluqa)

9,8

7,3

- 2,5

20 02 03

Għajnuna għall-kummerċ – multilaterali (diġà magħluqa)

4,5

3,8

- 0,7

21 06 03

Appoġġ ta' aġġustament għal pajjiżi tal-protokoll taz-zokkor

186,4

174,8

- 11,6

21 07 04

Ftehimiet dwar il-prodotti (diġà magħluqa)

5,9

3,4

-2,5

21 08 01

Evalwazzjoni tar-riżultati, segwitu u awditjar (diġà magħluqa)

11,7

9,6

- 2,2

21 08 02

Għarfien fi kwistjonijiet ta' żvilupp (diġà magħluqa)

10,8

9,9

- 0,9

22 02 10 02

Informazzjoni u komunikazzjoni għal pajjiżi terzi

11,0

10,0

- 1,0

23 02 03

Tħejjija għad-diżastri (diġà magħluqa)

35,2

34,8

- 0,4

19 01 04 04

PESK – nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)

0,75

0,5

- 0,25

Tnaqqis fin-nefqa ta' appoġġ tal-PE (diversi linji)

177,3

168,0

- 9,25

Subtotal

Tnaqqis

- 53,0

Total

Impatt nett

- 13,1

Marġni intestatura 4

- 150,0

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

L-Istrument ta' Flessibilità se jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 150,0 miljun għall-Politika Ewropea tal-Viċinat. Barra minn hekk, hemm qbil dwar il-“frontloading” tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-2011 għall-Palestina, kif spjegat fit-taqsima 2 hawn isfel.

Intestatura 5

Għal dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet u l-karigi fl-organigramma tal-Istituzzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ġiet approvata. Barra minn hekk, iż-żidiet proposti fl-Ittra ta' Emenda 2/2012 ġew approvati. Fl-aħħarnett, żdied ammont ta' EUR 10,4 miljun għall-pensjonijiet. Konsegwenza ta' dan, il-marġni taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-intestatura 5 jammonta għal EUR 474,4 miljun.

1.4.  Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-baġit 2012 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 129 088,043 miljun. Bħala parti mill-kompromess globali, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar id-dikjarazzjoni konġunta dwar il-ħlasijiet li tinsab fit-taqsima 3.1 hawn isfel.

Ġiet applikata l-metodoloġija li ġejja biex it-tnaqqis maqbul fil-livell globali ta' ħlasijiet meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit (kif emendat bl-Ittri ta' Emenda) jinqasam fl-intestaturi u l-linji baġitarji kollha, biex il-kompromess globali fir-rigward tal-impenji jissarraf fi ħlasijiet korrispondenti, u biex il-livell globali tal-ħlasijiet jiġi bbilanċjat fl-intestaturi kollha.

1.  Il-punt ta' tluq għall-kalkolu huwa l-livell globali ta' ħlasijiet kif maqbul hawn fuq, li jammonta għal EUR 129 088,043 miljun fl-2012.

2.  Bħala t-tieni pass, il-metodu jqis il-livell maqbul ta' impenji għal approprjazzjonijiet mhux divrenzjati .

Minnu nnifsu, il-livell ta' approprjazzjonijiet għall-impenji għal dan it-tip ta' nfiq huwa l-istess bħal-livell ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, li mhuwiex affettwat fil-passi li jmiss.

B'analoġija, l-istess japplika għall-aġenziji deċentralizzati , li l-kontribuzzjoni tal-UE għalihom f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet hija stabbilita fil-livell propost fit-taqsima 1.2 hawn fuq.

3.  It-tielet nett, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti kif ġej:

o Taqsima III (Il-Kummissjoni) : l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji l-ġodda kollha huma stabbiliti fil-livell ta' 50% tal-impenji korrispondenti jew għal-livell propost jekk ikun aktar baxx; fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell tal-ħlasijiet huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50% tal-impenji ġodda korrispondenti, jew għal-livell propost jekk ikun aktar baxx;

o Taqsima X (SEAE) : l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Parlament Ewropew.

4.  Ir-raba' nett, minbarra ż-żidiet u t-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji għal infiq divrenzjat , kif spjegat fl-abbozz ta' proposta ta' kompromess skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju aktar “il fuq, hemm qbil dwar l-ammonti speċifiċi li ġejjin f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet:

a.  Intestatura 1a : il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni” huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 50 miljun; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-“Sena Ewropew għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”);

b.  Intestatura 2 : il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għal “Ftehimiet Internazzjonali tas-Sajd” huwa stabbilit fil-livell propost fl-Ittra ta' Emenda 3/2012;

c.  Intestatura 3b : il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Avvenimenti Annwali Speċjali” huwa stabbilit fil-livell propost fil-pożizzjoni tal-Parlament;

d.  Intestatura 4 : il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għar-“Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza” huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 90 miljun; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Palestina” huwa stabbilit fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Għajnuna Makrofinanzjarja” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”); il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Pajjiżi tal-Protokoll taz-Zokkor” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”, f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet).

5.  It-tnaqqis globali fil-ħlasijiet li għandu jinqasam bejn l-intestaturi u l-linji baġitarji huwa:

  a. il-livell globali tal-ħlasijiet maqbul skont il-punt 1 hawn fuq, li minnu jrid jitnaqqas:
   b. l-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittri ta' Emenda 1/2012, 2/2012 u 3/2012 flimkien mal-impatt fuq il-ħlasijiet tal-passi meħuda fil-punti 2 sa 4 aktar “il fuq.

Dan it-tnaqqis globali fil-livell tal-ħlasijiet (5a – 5b) huwa mbagħad imqassam fil-linji baġitarji kollha għal infiq divrenzjat fl-intestaturi tal-baġit, skont il-koeffiċjent ta' distribuzzjoni li ġej, li jikkunsidra ribilanċjament limitat tat-tnaqqis fil-ħlasijiet favur l-intestatura 1a, li ġej mill-intestaturi 2 u 4:

a.  Intestatura 1a : 31,00 %;

b.  Intestatura 1b : 38,45 %;

c.  Intestatura 2 : 21,25 %;

d.  Intestatura 3a : 1,00 %;

e.  Intestatura 3b : żero %;

f.  Intestatura 4 : 8,30 %.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-ammonti definiti fil-punti 2 sa 4 hawn fuq, it-tnaqqis skont l-intestaturi definit fil-punt 5 hawn fuq huwa mbagħad imqassam fil-linji baġitarji, inklużi linji “magħluqa”, fuq il-bażi tal-piż tal-ħlasijiet għal-linji baġitarji individwali kkonċernati fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittri ta' Emenda 1/2012, 2/2012 u 3/2012.

Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, madankollu, qed jiġi propost li t-tnaqqis globali għall-intestatura 1b jiġi distribwit b'mod proporzjonat għall-pożizzjoni tal-Kunsill, jiġifieri li jinżamm l-Abbozz ta' Baġit għall-objettiv ta' Konverġenza.

1.5.  Kummenti baġitarji

L-emendi testwali kollha introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill huma maqbula bil-ftehim li ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi legali eżistenti.

1.6.  Linji baġitarji ġodda

Sakemm ma jingħadx mod ieħor fil-konklużjonijiet konġunti maqbula fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jew maqbula b'mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fil-qari rispettiv tagħhom (artikolu baġitarju ġdid 04 03 15 “Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet”), in-nomenklatura baġitarja kif proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit tagħha u fl-ittri ta' emenda tagħha se jibqgħu mhux mittiefsa, bl-eċċezzjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji.

Hemm qbil dwar il-qsim tal-artikolu baġitarju 16 03 02 bejn il-partita baġitarja 16 03 02 01 (intestatura 3b) “Komunikazzjoni tar-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni” u l-partita baġitarja 16 03 02 02 (intestatura 5) “Spazju Pubbliku Ewropew” propost mill-Parlament Ewropew.

1.7.  Riżervi

Ir-riżervi kollha vvutati mill-Parlament Ewropew huma miżmuma. L-ammont tar-riżerva fil-linja 26 01 20 (EPSO) qed jitnaqqas b'50%, l-istess bħar-riżervi fil-linji A4 01 01 u A4 02 01 01.

2.  Baġit 2011

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2011 huwa approvat bil-modifiki li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

ABE 6/2011

Differenza

BE 6/2011

04 02 20

FSE – Assistenza teknika operattiva

+ 3,25

-

+ 3,25

19 08 01 02

ENPI – Palestina, MEPP, UNRWA

+ 60,4

+ 39,6

+ 100,0

21 06 07

Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana

-

+ 13,4

+ 13,4

Subtotal

Żidiet

+ 63,7

+ 53,0

+ 116,7

01 03 02

Għajnuna makrofinanzjarja

- 51,4

- 53,0

- 104,4

05 06 01

Il-ftehimiet agrikoli internazzjonali

- 0,1

-

- 0,1

07 11 01

Ftehimiet ambjentali multilaterali u internazzjonali

- 0,2

-

- 0,2

14 03 03

Organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma doganali u fiskali

- 0,1

-

- 0,1

15 02 03

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'pajjiżi terzi

- 6,3

-

- 6,3

21 07 03

Kontribuzzjoni għall-FAO

- 0,3

-

- 0,3

21 07 04

Ftehimiet dwar il-prodotti

- 2,0

-

- 2,0

Subtotal

Tnaqqis

- 60,4

- 53,0

- 113,4

Total

Impatt nett

+ 3,25

-

+ 3,25

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

ABE 6/2011

BE 6/2011

04 02 17

FSE ‐ Konverġenza

+ 204,0

+ 226,35

04 02 19

FSE – Kompetittività Reġjonali

+ 204,0

+ 226,35

04 02 20

FSE – Assistenza teknika operattiva

+ 0,3

+ 0,3

08 04 01

Kooperazzjoni – Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji

+ 82,0

+ 82,0

09 04 01

Kooperazzjoni – ICT

+ 60,0

+ 60,0

Subtotal

Żidiet

+ 550,3

+ 595,0

05 04 05 01

Żvilupp Rurali

p.m.

- 395.0

Subtotal

Tnaqqis

p.m.

- 395,0

Total

Impatt nett

+550,3

+ 200,0

Kif propost mill-Kummissjoni, it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Programmi ta' żvilupp rurali” qed jintuża biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet pendenti ta' ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

Bi qbil mad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 7/2011 (Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea) li tinsab fit-taqsima 3.2 hawn isfel, għandu jiġi ridistribwit ammont ta' EUR 38 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-“Programmi ta' żvilupp rurali” biex jiġu ffinanzjati l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, kif muri fit-tabella t'hawn isfel:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

ABE 7/2011

13 06 01

Fond ta' Solidarjetà – Stati Membri

+ 38,0

Subtotal

Żidiet

+ 38,0

05 04 05 01

Żvilupp Rurali

- 38,0

Subtotal

Tnaqqis

- 38,0

Total

Impatt nett

0

3.  Dikjarazzjonijiet konġunti

Bħala parti mill-ftehim dwar il-Baġit 2012 u l-ABE 6/2011 kif spjegat aktar “il fuq, intlaħaq qbil dwar id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġejjin.

3.1.  Dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

Filwaqt li jqisu l-isforzi ta' konsolidament fiskali li qed isiru fl-Istati Membri, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jaqblu dwar tnaqqis fil-livell ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-2012 meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit tal-Kummissjoni. Jitolbu lill-Kummissjoni titlob approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet addizzjonali f'baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2012 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali), l-intestatura 3 (Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja) u l-intestatura 4 (L-UE bħala attur globali).

B'mod partikolari, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iħeġġu lill-Kummissjoni biex sa mhux aktar tard minn tmiem Settembru 2012 tippreżenta l-aħħar ċifri aġġornati rigward is-sitwazzjoni attwali u l-estimi rigward l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet taħt is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u, jekk ikun meħtieġ, tippreżenta abbozz ta' baġit emendatorju.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jieħdu pożizzjoni dwar kull abbozz ta' baġit emendatorju malajr kemm jista' jkun bil-għan li jiġi evitat kull nuqqas fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kull trasferiment possibbli ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, anke bejn intestaturi tal-qafas finanzjarju, sabiex isir l-aħjar użu possibbli ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imdaħħla fil-baġit u jiġu allinjati mal-implimentazzjoni u l-ħtiġijiet attwali.

3.2.  Dikjarazzjoni konġunta dwar il-Baġit Emendatorju 7/2011

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li fil-21 ta' Novembru 2011 tippreżenta Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE 7/2011) għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li hu mistenni li jammonta għal EUR 38 miljun, f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ridistribwiti mill-“programmi ta' żvilupp rurali” (partita baġitarja 05 04 05 01).

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jagħmlu ħilithom biex jieħdu pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 7/2011 qabel tmiem l-2011, bi qbil mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

3.3.  Dikjarazzjoni konġunta dwar miżuri preventivi għal kriżijiet futuri fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

Il-kriżi tal-E-coli enfasizzat il-ħtieġa ta' mekkaniżmu xieraq ta' reazzjoni għall-kriżijiet tas-suq fl-UE. Fid-dawl ta' dan, il-Kunsill u l-Parlament jimpenjaw ruħhom li jaġixxu minnufih fir-rigward ta' talbiet għal trasferimenti mill-Kummissjoni jew, wara eżami tal-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet awtorizzati, fir-rigward ta' baġit emendatorju propost mill-Kummissjoni f'każ ta' kriżi eċċezzjonali tas-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li tkun tirrikjedi d-definizzjoni ta' miżuri speċifiċi ta' emerġenza kif previst fl-Artikolu 191 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ir-Regolament dwar l-OKS Unika), fl-ispirtu tal-proposta tal-Kummissjoni li jkunu previsti mekkaniżmi biex jiġi evitat li jkun hemm kriżijiet futuri bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

3.4.  Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament tal-proġett ITER

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jiltaqgħu fi Trilogu bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni nhar l-Erbgħa 23 ta' Novembru 2011 wara nofsinhar biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ispiża addizzjonali tal-proġett ITER fl-2012-2013, biex jaslu għal ftehim qabel tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tiffaċilita l-ilħuq ta' ftehim dwar il-ħtiġijiet addizzjonali ta' finanzjament tal-proġett ITER, filwaqt li jitqiesu l-preokkupazzjonijiet taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.

(1) It-tabelli sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju f'din it-taqsima ma jinkludux it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-aġenziji deċentralizzati u l-pakkett maqbul dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji (ara t-taqsima 1.2 hawn fuq).


Anness

Emendar tal-kummenti baġitarji:

Proġett pilota Taqsima X (SEAE)

Test ivvutat, bil-bidliet proposti b'tipa korsiva qawwija

Proġett pilota ‐ Istitut Ewropew għall-Paċi

Abbażi tal-Kunċett 2009 dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Medjazzjoni u Djalogu tal-UE, l-għan tal-proġett pilota huwa li janalizza u jeżamina għażliet, u kostijiet u benefiċċji relatati, biex jiġu ssodisfati b'mod effiċjenti l-ħtiġijiet tal-UE fil-medjazzjoni favur il-paċi.

Abbażi ta' sforzi preċedenti u li qed isiru bħalissa dwar l-EIP, filwaqt li jitqiesu l-istudji eżistenti, fosthom dawk mill-Parlament Ewropew, kif ukoll pjanijiet kummerċjali eżistenti żviluppati għal dan il-għan, din l-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-kostijiet tqis kwistjonijiet bħall-istrutturi istituzzjonali possibbli, inklużi l-istrutturi tal-kostijiet, is-sistemi ta' ġestjoni u r-rekwiżiti ta' finanzjament.

Il-proġett pilota għandu b'mod partikolari jesplora l-possibilitajiet li jiġi ottimizzat il-potenzjal ta', u jiġu żgurati sinerġiji ma', il-kapaċitajiet eżistenti fis-SEAE, istituzzjonijiet oħra tal-UE, l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji ta' Sigurtà, il-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża, l-Istati Membri u l-entitajiet nazzjonali tagħhom involuti fil-medjazzjoni favur il-paċi, kif ukoll partijiet interessati oħra .

L-objettivi tal-EIP għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri u l-objettivi fundamentali tal-UE kif definiti fit-Trattati.

Bla ħsara għar-riżultati tal-proġett pilota , il-kompiti tal-EIP jistgħu jinkludu l-konsulenza, ir-riċerka, i t-taħriġ, medjazzjoni u diplomazija informali bl-iskop li jipprevjenu kunflitti u s-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti; tagħlimiet misluta u l-aħjar prassi mill-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' missjonijiet rilevanti tal-UE, komunikazzjoni mal-komunità usa' akkademika, ta' riċerka u tal-NGOs u l-promozzjoni pubblika tal-interessi f'dawn l-oqsma. Il-proġett pilota għandu jiffoka b'mod partikolari fuq kif Istitut indipendenti possibbli jista' kemm itejjeb il-kapaċitajiet tas-SEAE u tal-UE usa' f'dawn l-oqsma kif ukoll jottimizza r-riżorsi eżistenti f'koordinazzjoni mal-Istituzzjonijiet rilevanti tal-UE.

Azzjoni Preparatorja Taqsima III (Il-Kummissjoni)

Ġurnaliżmu transkonfinali (Linja baġitarja 16 02 06)

Qed jiżdied paragrafu fl-aħħar tal-kummenti , kif ġej:

Din l-azzjoni preparatorja għal għotjiet Ewropej għar-riċerka għall-ġurnalisti għandha l-iskop li tiffaċilita u tiżviluppa riċerka ġurnalistika transkonfinali serja fil-livell tal-Unjoni. Se jiġu organizzati sejħiet għal offerti bl-iskop li jintgħażlu proġetti investigattivi komuni li jinvolvu ġurnalisti minn minimu ta' żewġ Stati Membri, b'dimensjoni transkonfinali jew Ewropea li tirriżulta minn perspettiva nazzjonali, reġjonali jew lokali. Ir-riżultati tal-investigazzjoni ġurnalistika magħżula se jkunu ppubblikati, tal-anqas, f'kull wieħed mill-Istati Membri involuti.

Għal dan il-għan, se jiġi stabbilit studju ta' fattibilità sabiex jinstabu metodi ġodda biex jitnieda dan il-proġett. L-istudju għandu jħares lejn metodi li bihom ġurnaliżmu kritiku u indipendenti jista' jiġi ffinanzjat mill-UE, waqt li tkun żgurata l-indipendenza tal-informazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Mejju 2013Avviż legali