Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0125(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0016/2012

Testi mressqa :

A7-0016/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2012 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0035

Testi adottati
PDF 70kDOC 32k
It-Tlieta, 14 ta' Frar 2012 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni ***
P7_TA(2012)0035A7-0016/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni (12712/2010 – C7-0430/2010 – 2010/0125(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12712/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni (12711/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0430/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0016/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2013Avviż legali