Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar l-emenda għall-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti fuq inizjattiva proprja (2011/2168(REG))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' April 2011 dwar ir-rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra l-ittra tas-26 ta' April 2011 mill-President tal-Parlament Ewropew lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0399/2011),
1. Jinnota d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' April 2011 li tiddikjara li r-rapporti fuq inizjattiva proprja mfassla abbażi tar-rapporti annwali u tar-rapporti ta' monitoraġġ elenkati fl-Annessi 1 u 2 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 kif stipulat fl-Anness XVIII għar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (“Deċiżjoni tal-2002”) għandhom jitqiesu bħala rapporti strateġiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 48(2), u jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jinkorpora din id-deċiżjoni fl-Anness XVIII;
2. Hu tal-fehma li l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-2002 issa m'għadux japplika, b'riżultat tad-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-Istatut għall-Membri(1)
, u jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jadattaw l-Anness XVIII;
3. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
4. Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 6/rev Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 48 – paragrafu 2
2. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet
li jkunu f' rapporti
fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skond
il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 139. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet
bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet
alternattivi skond
l-Artikolu 157(4). Dan il-paragrafu
m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond
id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 41 jew 42, jew fejn ir-rapport jista' jitqies
bħala rapport strateġiku skond il-kriterji stipulati mill-Konferenza tal-Presidenti
.
2. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni
li jkunu f'rapporti
fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skont
il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 139. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni
bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjoni
alternattivi skont
l-Artikolu 157(4). L-Artikoli 163 u 167 għandhom japplikaw għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat u għall-emendi li din tkun suġġetta għalihom. L-Artikolu 167 għandu japplika wkoll għall-votazzjoni unika fuq mozzjonijiet għal riżoluzzjoni alternattivi.
L-ewwel subparagrafu
m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skont
id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 41 jew 42, jew fejn ir-rapport ikun ġie awtorizzat
bħala rapport strateġiku.