Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0116(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0060/2012

Testi mressqa :

A7-0060/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/03/2012 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0098

Testi adottati
PDF 199kWORD 31k
Il-Ħamis, 29 ta' Marzu 2012 - Brussell
Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma ***
P7_TA(2012)0098A7-0060/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma (13123/2011 – C7-0332/2011 – 2011/0116(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (13123/2011),

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma (13350/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(3) and (4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0332/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0060/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu lill-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq l-espansjoni tal-bażi ta' sħubija tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma, b'mod partikolari billi tidħol fi djalogu mall- pajjiżi ewlenin li jipproduċu u jikkunsmaw il-gomma, biex tissorvelja mill-qrib l-attivitajiet tal-Grupp, u biex tirraporta lura lill-Parlament fuq kull żviluppi rilevanti fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma.

Avviż legali - Politika tal-privatezza