Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0003(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0042/2012

Testi mressqa :

A7-0042/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/03/2012 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0107

Testi adottati
PDF 286kWORD 37k
Il-Ħamis, 29 ta' Marzu 2012 - Brussell
Il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I
P7_TA(2012)0107A7-0042/2012
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2012)0015 – C7-0020/2012 – 2012/0003(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0020/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0042/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
P7_TC1-COD(2012)0003

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/11/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza