Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/2233(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0127/2012

Testi mressqa :

A7-0127/2012

Dibattiti :

PV 10/05/2012 - 9
CRE 10/05/2012 - 9

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2012 - 12.41
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0188

Testi adottati
PDF 150kDOC 96k
Il-Ħamis, 10 ta' Mejju 2012 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2010: L-Aġenzija Ewropea GNSS
P7_TA(2012)0188A7-0127/2012
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni
 Anness

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2010 (C7-0292/2011 – 2011/2233(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1) ,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7-0051/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea GNSS(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4) , u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0127/2012),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea GNSS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 112.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010 (C7-0292/2011 – 2011/2233(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1) ,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea GNSS(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4) , u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0127/2012),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 112.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2012 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010 (C7-0292/2011 – 2011/2233(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1) ,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea GNSS(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4) , u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0127/2012),

A.   billi l-Aġenzija Ewropea GNSS (“l-Aġenzija”) saret finanzjarjament awtonoma fl-2006,

B.   billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li ma setgħatx tifforma opinjoni dwar il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007 u jinnota li l-istruttura sħiħa tal-proġett Galileo kienet qed tiġi riveduta fl-2007 u li l-kontijiet tal-Aġenzija ġew ippreparati f'ambjent legali fraġli,

C.   billi l-Qorti tal-Awdituri sfumat id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008, u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti,

D.   billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

E.   billi l-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 kkwalifikat l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-affidabilità tal-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010,

F.   billi fl-10 ta' Mejju 2011, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea GNSS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009(5) , u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza, il-Parlament inter alia:

   iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrimedja l-baġit finali ppubblikat mill-Aġenzija fil-31 ta' Marzu 2010 peress li dan ma kienx jirrifletti l-baġit finali għall-2009 approvat mill-Bord Amministrattiv u ma kienx jinkludi d-dħul tiegħu;
   iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrimedja n-nuqqasijiet fil-proċeduri tal-għażla tal-persunal li jiksru l-prinċipju ta' trattament ugwali fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà fil-proċeduri ta' reklutaġġ miftuħa kemm għal kandidati interni kif ukoll għal dawk esterni;
   jistieden lill-Aġenzija tirrimedja l-kriterji ta' esklużjoni għas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka (FP7) li la ġew ippubblikati u lanqas verifikati,
   jinnota li l-awtorità ta' kwittanza ma urietx b'mod sistematiku li kienu ġew verifikati l-kriterji għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-benefiċjarji potenzjali f'wieħed mis-suġġetti li l-għanijiet tiegħu ma ntlaħqux,

G.  jinnota li fl-2011 l-Aġenzija ħadet il-passi meħtieġa biex tiggarantixxi t-trasparenza, it-trattament ugwali, u effikaċja fil-proċeduri għas-selezzjoni tal-persunal,

H.   billi l-baġit tal-Aġenzija għas-sena 2010 kien ta' EUR 15 900 000 meta mqabbel mal-EUR 44 400 000 fl-2009, li juri tnaqqis ta' 64,19%; billi l-Aġenzija rrappurtat kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-baġit tagħha għall-2010 ta' EUR 8 690 000,

L-affidabbiltà tal-kontijiet

1.  Jinnota li, f'konformità mal-prattika tal-kontabilità tal-programm Galileo, komponenti fl-ammont ta' EUR 4 400 000, jiġifieri Magnetotorquers tas-satelliti, magni ta' propulsjoni għas-satelliti, tankijiet tal-fjuwil għas-satelliti (Validazzjoni fl-Orbita) u arloġġi atomiċi tar-rubidju fuq l-art (Kapaċità Operattiva Sħiħa), ġew reġistrati mill-Aġenzija fl-2010 bħala nefqa fuq ir-riċerka;

2.  Jinnota li dawn l-assi ġew irreġistrati bħala nefqa għal riċerka minflok ma ġew ikklassifikati bħala assi miżmum għal trasferiment mill-Aġenzija lill-Kummissjoni; jinnota li din il-prattika ta' kontabilità hija konformi mar-rekwiżiti tal-Unjoni għat-trattament tal-kontabilità tal-komponenti ta' Galileo;

3.  Jinnota li fir-rapport mibgħut lill-Parlament fit-28 ta' Frar 2012 l-Aġenzija spjegat għaliex dawn il-komponenti ġew trattati fil-kontijiet tagħha kif deskritt hawn fuq;

4.  Jinnota r-risposta tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri f'dan ir-rigward u jirrikonoxxi li l-Aġenzija ġġustifikat li ma rreġistratx dan it-tagħmir bħala assi fil-kontijiet tagħha għar-raġunijiet li ġejjin:

   l-objettiv tal-fażi IOV/FOC huwa li jivvaluta il-fattibbiltà teknika tas-sistema li ma ġietx ivvalidata fl-2010, meta jitqies li l-Kummissjoni, li tamministra l-programm Galileo u tieħu ħsiebu hi, m'għandhiex l-intenzjoni li twettaq il-validazzjoni ħlief aktar tard;
   skont l-Arranġament Matimop, qatt ma kien hemm ħsieb li l-Aġenzija takkwista dan it-tagħmir u dan la qatt kien u lanqas qatt ser ikun fil-kontroll tagħha; din hija waħda mill-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' assi skont l-istandards ta' kontabilità tal-Unjoni;
   mill-perspettiva tal-kontabbiltà ma deherx għaqli li t-tagħmir jiġi rikonoxxut ġaladarba ma kellu l-ebda benefiċċju/valur ekonomiku għall-Aġenzija;
   abbażi tal-punti msemmija hawn fuq u b'konformità mal-prattiki tal-kontabbiltà li tħaddem il-Kummissjoni f'tali sitwazzjonijiet, l-ispejjeż tat-tagħmir tniżżlu bħala nfiq fuq ir-riċerka fl-2010;

5.  Jirrikonoxxi b'żieda ma' dan li l-Qorti tal-Awdituri tosserva, li wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)(6) , bosta mill-attivitajiet u assi marbutin mal-programmi EGNOS u Galileo kienu trasferiti lill-Kummissjoni f'Diċembru tal-2009, iżda li sal-31 ta' Diċembru 2010, l-istatus ta' EUR 2 000 000 miżmum mill-Aġenzija fir-rigward ta' appoġġ tekniku mill-Aġenzija Spazjali Ewropea kien għad irid jiġi vverifikat; jinnota mill-Aġenzija li t-trasferiment ta' EUR 2 000 000 ġie ffinalizzat fit-3 ta' Ottubru 2011;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jieħu nota mill-Aġenzija li l-kontribuzzjoni finali magħmula mill-Unjoni lill-Aġenzija għall-2010 ammontat għal EUR 8 690 000 u li dan l-ammont jinkludi l-baġit inizjali ta' EUR 5 135 000 kkompletati bl-irkupru ta' bilanċ pożittiv ta' EUR 2 755 000 u ammont addizzjonali ta' EUR 800 000 ta' approprjazzjoni ta' pagament biex jiġi msaħħaħ it-Titolu III (nefqiet operattivi);

7.  Jirrikonoxxi skont ir-Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja (RBFM) li l-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 kien soġġett għal emenda waħda mill-Bord Amministrattiv; jinnota li l-baġit emendatorju jirrifletti deċiżjoni mid-DĠ ENTR għat-tisħiħ b'EUR 800 000 f'approprjazzjonijiet ta' ħlas tal-Aġenzija skont l-intestatura tal-baġit 3100 “Nefqa għall-Istudji” sabiex tinżamm il-kapaċità ta' pagament għall-impenji riportati mis-snin preċedenti u għal dawk li ttieħed impenn dwarhom fl-2010;

8.  Jistabbilixxi mill-RBFM li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit tal-Aġenzija laħqet is-97% tan-nefqa ffinanzjata mis-sussidju għall-operat tal-Unjoni u d-89% għal attivitajiet operattivi ffinanzjati minn dħul allokat; jinnota b'mod partikolari li l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Aġenzija ilaħħaq:

   96 % f'termini ta' impenji u 89% f'termini ta' pagamenti skont it-Titolu I (Nefqa għall-persunal);
   99 % f'termini ta' impenji u 78% f'termini ta' pagamenti skont it-Titolu II (Nefqa Amministrattiva);
   99 % f'termini ta' impenji u 60% f'termini ta' pagamenti skont it-Titolu III (Nefqa Operattiva);
jinsab imħasseb li skont it-Titolu III, ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' pagamenti kienet biss ta' 60% meta mqabbel mas-97% fl-2009; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ħadet il-miżuri neċessarji biex tirrimedja s-sitwazzjoni, li fil-fatt irriżultaw f'ammont għoli ta' pagamenti fl-2011 (90% fil-każ tat-Titolu III u 94% għall-baġit b'mod ġenerali);

9.  Jaċċerta mill-RBFM li d-Direttur Eżekuttiv kien awtorizza żewġ trasferimenti interni b'valur totali ta' EUR 205 000 fl-2010;

10.  Jinnota r-Rapport ta' Attività Annwali (AAR) li jistipula li l-Aġenzija rċeviet prefinanzjament mill-Kummissjoni għall-valur ta' EUR 2 606 675 u ta' EUR 4 556 158 bi qbil mal-Ftehim tad-Delegazzjoni għall-FP7;

Proċeduri ta' għotjiet

11.  Jitlob lill-Aġenzija tirrettifika n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri fil-proċess ta' evawlazzjoni fir-rigward ta' proċeduri ta' għotjiet tal-FP7/Galileo/it-Tieni Sejħa li għandu baġit ta' EUR 26 000 000; jirrikonoxxi b'mod partikolari l-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri li l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikanti ma kienux definiti u għalkemm l-istatus tal-applikant jiddettermina r-rata massima ta' rimborż, dan l-istatus ma kienx ivverifikat mill-Aġenzija;

12.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija sabiex tirrimedja ukoll d-dgħjufijiet misjuba mill-Qorti tal-Awdituri fiż-żewġ ftehimiet ta' għotja fi ħdan is-Sitt Programm Kwadru ta' Riċerka (FP6)/ it-Tielet Sejħa; jinnota b'mod partikolari li t-talbiet għall-ispejjeż imressqa mill-benefiċjarji kienu bbażati fuq rati standard minflok fuq spejjeż reali; ifakkar lill-Aġenzija li dan mhux konformi mal-prinċipju tan-nuqqas ta' qligħ għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u li l-Aġenzija għandha tindirizza din is-sitwazzjoni minnufih;

13.  Jirrikonoxxi, b'żieda ma' dan, il-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar ħames għotjiet ivverifikati, li kienu relatati mal-FP6, u li urew dewmien ta' bejn sena u tliet snin fl-implimentazzjoni tagħhom u fejn innutat żidiet sussegwenti fil-valur inizjali; jinnota li l-Aġenzija ġġustifikat dan id-dewmien billi ddikjarat li n-natura teknoloġikament fuq quddiem nett tal-attivitajiet hi soġġetta għal bidla kostanti u għalhekk l-Aġenzija ħadet deċiżjoni li dawn l-emendi u l-estensjonijiet kienu meħtieġa u utli għall-programm Galileo kollu kemm hu; jinnota li, fi kwalunkwe każ, l-Aġenzija tiddikjara li qatt ma eċċediet il-limitu stipulat fil-baġit għall-kuntratti b'mod ġenerali;

Attivitajiet ta' akkwist pubbliku;

14.  Jinnota mill-AAR li l-Aġenzija kellha dawn l-attivitajiet ta' akkist pubbliku fl-2010:

   65 ordni ta' xiri li jikkorrispondu għal amonnt totali ta' madwar EUR 900 000;
   6 proċeduri negozjati li jikkorrispondu għal ammont globali ta' EUR 470 000;
   3 sejħiet pubbliċi li jikkorrispondu għal ammont globali ta' EUR 9 400 000;

Konsistenza tal-Programm ta' Ħidma Annwali (AWP) u tal-AAR

15.  Jinnota li l-AAR tal-Aġenzija mhux bilfors jirrifletti l-AWP; jistabbilixxi, b'żieda ma' dan li l-obbjettivi tal-AWP tagħha huma kemmxejn vagi u għalhekk hu diffiċli ħafna li dawn jiġu vvalutati u li jiġi vverifikat jekk dawn twettqux; iħeġġeġ, għalhekk lill-Aġenzija ttejjeb l-AWP tagħha sabiex tippermetti lill-awtorità ta' kwittanza tevalwa aħjar l-effikaċja ta' din l-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija ħadet nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, u jilqa' l-fatt li, bħala riżultat, il-format tal-AWPs li jmiss se jkun konformi mar-rekwiżiti;

Riżorsi Umani.

16.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija ttejjeb l-proċeduri ta' għażla tagħha mhux biss biex ma tipperikolax it-trasparenza ta' reklutaġġ; jirrikonoxxi l-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri li fil-proċeduri ta' għażla tal-persunal li ġew ivverifikati, li ma ġewx determinati limitu tal-punti għall-ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u intervisti jew għall-inklużjoni fil-lista ta' kandidati adegwati;

17.  Jinnota mill-AAR li l-Aġenzija nediet 16-il proċess ta' reklutaġġ u laħqet in-numru totali ta' 40 impjiegat sa tmiem l-2010;

18.  Jinnota ukoll li l-Aġenzija fl-AWP tagħha kienet ħasbet għal total ta' 42 impjegat, filwaqt li n-numru totali ta' persunal impjegat sal-31 ta' Diċembru 2010 kien ta' 40 (5 aktar mis-sena ta' qabel): 18-il impjieg operattiv, 14-il impjieg amministrattiv u 8 imħallta;

Verifika interna

19.  Jirrikonoxxi mill-AAR li l-Aġenzija ffinalizzat il-Politika għall-Ġestjoni tar-Riskju tagħha u kien żviluppat reġistru tar-riskju;

20.  Jinnota, b'żieda ma' dan, il-kummenti tal-Aġenzija fl-AAR tagħha li sal-aħħar tal-2010, ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika miftuħa mis-Servizz tal-Awditjar Intern, iżda kien hemm 5 rakkomandazzjonijiet miftuħa fir-rigward ta':

   żvelar ta' objettivi u indikaturi ta' prestazzjoni fl-AWP,
   ħtieġa li l-ħatra ta' Uffiċjal Kontabbli tiġi fformalizzata mill-Bord Amministrattiv,
   ħolqien ta' deċiżjonijiet finanzjarji adegwati,
   infurzar mill-ġdid ta' kontrolli ewlenin fil-ġestjoni tal-għotjiet,
   aġġornament tad-delegazzjonijiet finanzjarji u l-valutazzjoni regolari tad-drittijiet tal-utenti tal-ABAC;

21.  Jilqa' l-fatt li skont ir-rieżami tal-implimentazzjoni annwali tal-Aġenzija tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa f'Diċembru 2011, il-ħames rakkomandazzjonijiet msemmija hawn fuq ġew implimentati;

o
o   o

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu mir-rapporti ta' kwittanza preċedenti, kif stipulat fl-Anness għal din ir-riżoluzzjoni;

23.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012(7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 112.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 232.
(6) ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
(7) Testi adottati, P7_TA(2012)0164.


ANNESS

Rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew magħmula tul is-snin preċedenti

L-Aġenzija Ewropea ta' Sorveljanza GNSS

2006

2007

2008

2009

Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja

Dħjufijiet fl-operat ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll: fi 12-il każ, l-uffiċjal tat-tnedija tat-transazzjoni ma kellux l-awtorità delegata u ma kienx segwit iċ-ċiklu finanzjarju xieraq

Inċertezzi rigward l-assi tal-proġetti Galileo u EGNOS

Dħjufijiet fil-ġestjoni tal-baġit: l-assenza ta' rabta ċara bejn il-programm ta' ħidma tal-Awtorità u l-baġit, trasferimenti li la kienu ġġustifikati u lanqas iddokumentati, prenotazzjonijiet ta' ordnijiet ta' rkupru fil-kontijiet baġitarji li saru ripetutament tard u turija inkonsistenti tal-implimentazzjoni tal-baġit.

Anke b'tnaqqis de facto ta' 50 % fil-baġit, il-livell ta' konsum ta' approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' pagamenti għall-attivitajiet operattivi kien baxx: 63 % għall-impenji u 51 % għall-pagamenti.

Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri sfumat id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007, u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

Inċertezzi rigward l-assi tal-proġetti Galileo u EGNOS

Dħjufijiet fil-ġestjoni tal-baġit: Ma ġiex stabbilit baġit ta' emenda xieraq.

Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri sfumat id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008, u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

Inċertezzi rigward l-assi tal-proġetti Galileo u EGNOS

Il-kriterji ta' esklużjoni għas-Seba' Programm Kwadru ma ġewx ippubblikati u vverifikati u l-Awtorità ma tatx prova sistematika li kienet ivverifikat li ma kienux intlaħqu l-kriterji għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-benefiċjarji potenzjali li kienu qegħdin jipparteċipaw f'wieħed mis-suġġetti

Il-baġit finali ppubblikat mill-Awtorità fil-31 ta' Marzu 2010 ma rriflettix il-baġit finali għall-2009 approvat mill-Bord Amministrattiv u ma kienx jinkludi id-dħul tiegħu, għalhekk iħeġġeġ lill-Awtorità tirrimedja din is-sitwazzjoni u tinforma lill-Awtorità ta' Kwittanza dwar din il-bidla

Riżorsi Umani

n.a.

n.a.

n.a.

Nuqqasijiet fi proċeduri ta' għażla tal-persunal

-Il-ħtieġa li jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet li jiksru l-prinċipju ta' trattament ugwali fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà fil-proċeduri ta' reklutaġġ miftuħa kemm għal kandidati interni kif ukoll għal dawk esterni;

Verifika Interna

n.a.

n.a.

Jitlob lill-Aġenzija twettaq l-aħħar żewġ rakkomandazzjonijiet magħmula mis-Servizz għall-Awditjar Intern fl-2007: jiġifieri dwar impjiegi sensittivi u d-deskrizzjoni tax-xogħol

Jirrikonoxxi li ż-żewġ rakkomandazzjonijiet tal-IAS importanti li fadal biex jiġu implimentati huma relatati ma' karigi sensittivi u deskrizzjonijiet tax-xogħol;

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Novembru 2013Avviż legali