Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2010(ACI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0258/2014

Testi mressqa :

A7-0258/2014

Dibattiti :

PV 14/04/2014 - 20
CRE 14/04/2014 - 20

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2014 - 8.36
CRE 15/04/2014 - 8.36

Testi adottati :

P7_TA(2014)0376

Testi adottati
It-Tlieta, 15 t'April 2014 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza
P7_TA-PROV(2014)0376A7-0258/2014
Deċiżjoni
 Anness
 Anness
 Anness
 Anness
 Anness

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-modifika tal-ftehim interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza (2014/2010(ACI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Bureau tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2014, li fiha dan tal-aħħar approva r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-12 ta’ Diċembru 2013 mill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli għar-reviżjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (minn hawn ’il quddiem “il-ftehim modifikat”),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunisdra d-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar Reġistru tat-Trasparenza komuni(1) ,

–  wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali tat-23 ta’ Ġunju 2011 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta’ Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011”)(2) ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 127(1) tar-Regoli ta’ Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0258/2014),

A.  billi l-Artikolu 11(2) tat-TUE jiddikkajra li: “L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili”,

B.  billi t-trasparenza ta’ dak id-djalogu teħtieġ il-funzjonament tajjeb ta’ reġistru komuni tal-organizzazzjonijiet u l-persuni li jikkontribwixxu għall-proċessi tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE;

C.  billi r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta’ rappreżentanti ta’ interess (lobbyists) fl-istituzzjonijiet Ewropej(3) stabbiliet il-prinċipji li abbażi tagħhom il-Parlament Ewropew daħal f’negozjati mal-Kummissjoni dwar reġistru komuni tat-trasparenza;

D.  billi d-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 imsemmija hawn fuq approvat ir-regoli u l-qafas tar-Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE;

E.   billi lobbying mhux regolat u mhux trasparenti jippreżenta theddida sinifikanti għall-formulazzjoni tal-politika u l-interess pubbliku;

1.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-proposta għal bidla fil-Ftehim tat-23 ta' Ġunju 2011 ma wasslitx għat-twaqqif ta' reġistru tat-trasparenza obbligatorju; itenni għaldaqstant it-talba tiegħu għar-reġistrazzjoni obbligatorja fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet ta' lobbying fl-istituzzjonijiet tal-UE, kif diġà ddikjarat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 u fid-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2011, it-tnejn imsemmijin hawn fuq;

2.  Iqis il-modifika proposta tal-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011 bħala pass parzjali ’il quddiem fil-fażi attwali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti, sat-tmiem tal-2016, proposta leġiżlattiva għat-twaqqif ta’ reġistru obbligatorju abbażi tal-Artikolu 352 tat-TFUE;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi, fil-kuntest ta’ kwalunkwe proposta prevista għal riforma komprensiva tat-Trattati, proposta għal emenda tal-Artikolu 298 tat-TFUE jew għal bażi legali speċifika xierqa li tippermetti t-twaqqif ta’ reġistru obbligatorju skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

5.  Iqis li reviżjonijiet futuri tar-Reġistru tat-Trasparenza għandhom ikunu trasparenti u inklużivi kemm jista’ jkun u għandhom jinvolvu bis-sħiħ lill-kumitat kompetenti tiegħu u jippermettu l-parteċipazzjoni qawwija tas-soċjetà ċivili;

6.  Jinsisti li r-reviżjoni li jmiss tar-Reġistru tat-Trasparenza tkun akkumpanjata minn konsultazzjoni pubblika;

7.  Iqis li fi kwalunkwe każ, għandha titlesta evalwazzjoni ulterjuri tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-inqas qabel it-tmiem tal-2017;

8.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-Kunsill sa mit-twaqqif tar-Reġistru tat-Trasparenza, u jilqa’ l-fatt li l-Kunsill involva ruħu, bħala osservatur, fil-proċess ta' reviżjoni kontinwa tal-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011; madankollu, itenni mill-ġdid l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jingħaqad mar-Reġistru tat-Trasparenza mill-aktar fis possibbli, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fl-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv fil-livell tal-Unjoni;

9.  Jilqa’ t-titjib fl-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont il-ftehim modifikat, li għandu jiġi implimentat billi ssir insistenza fuq id-divulgazzjoni tal-identità tal-klijenti kollha rappreżentati mill-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-proċessi tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika, u billi l-attivitajiet kollha koperti mir-Reġistru jiġu konnessi b’mod ċar mal-klijenti konċernati;

10.  Iqis li, meta tiġi interpretata “mġiba mhux xierqa”, skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Kodiċi ta’ Kondotta anness mal-ftehim modifikat flimkien mal-prinċipji aċċettati b’mod ġenerali kif deskritti fil-Kodiċi, b’mod partikolari fil-punti (c), (f) jew (g) tiegħu, din l-espressjoni tinkludi:

   l-interferenza fl-isfera privata jew fil-ħajja personali ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, pereżempju billi jintbagħtu rigali fl-indirizz privat ta’ persuna li tieħu d-deċiżjonijiet jew billi jiġu avviċinati dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fi djarhom jew permezz ta’ qrabathom jew sħabhom;
   il-prestazzjoni jew kwalunkwe xorta ta’ promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-komunikazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Membri jew il-persunal tagħhom, li huma suxxettibbli li jaffettwaw il-funzjonament tas-sistemi ta’ komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari meta dawn l-attivitajiet isiru b’mod anonimu;
   in-nuqqas ta' dikjarazzjoni tal-interessi jew tal-klijenti li jkunu rappreżentati meta jiġi kkuntattjat Membru tal-Parlament Ewropew jew uffiċjali jew membri oħra tal-persunal tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-proċess leġiżlattiv;
   li jiġu impjegati “gruppi tal-faċċata” (front groups), jiġifieri organizzazzjonijiet li jaħbu l-interessi u l-gruppi li jaqdu, fejn dawn tal-aħħar ma jkunux reġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza; u li jimpjegaw ir-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi meta jkunu involuti f'attivitajiet ta' lobbying diretti u indiretti;
   l-offerta jew l-għoti ta’ appoġġ, kemm finanzjarju kif ukoll fir-rigward ta’ persunal jew materjal lill-Membri tal-Parlament Ewropew jew l-assistenti tagħhom;

11.  Jemmen li l-Kodiċi ta’ Kondotta mehmuż mal-Ftehim tat-23 ta' Ġunju 2011 u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u tal-kunflitti tal-interess għandhom ikunu emendati sabiex jiżguraw li l-Membri ma jidħlu f’ebda tip ta’ ftehim jew relazzjoni kuntrattwali ma’ korp estern biex jiffinanzjaw jew jimpjegaw direttament individwi fi ħdan il-persunal ta’ Membru;

12.  Jilqa’ d-definizzjonijiet aktar ċari li jiddeskrivu eċċezzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura tal-attivitajiet tad-ditti legali;

13.  Jistenna li dawn id-definizzjonijiet aktar ċari se jgħinu biex jiġu mħeġġa aktar reġistrazzjonijiet u jirriżultaw f’fehim aħjar dwar liema huma l-attivitajiet koperti mid-ditti legali, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-inċentivi offruti mir-Reġistru tat-Trasparenza u jieħdu sehem b’mod trasparenti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

14.  Jinsisti li ditti legali reġistrati għandhom jiddikjaraw fir-Reġistru tat-Trasparenza l-klijenti kollha li f'isimhom iwettqu l-attivitajiet;

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkun ugwalment ambizzjuża, fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ inċentivi għar-reġistranti sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza; iqis li dawn l-inċentivi jistgħu jinkludu:

   a) l-għoti tal-patrunaġġ lil organizzazzjonijiet reġistrati biss, għal kwalunkwe avvenimenti organizzati mill-organizzazzjoni li taqa' fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza,
   b) it-tnaqqis fl-għadd ta' laqgħat ma' organizzazzjonijiet li mhumiex reġistrati jew rappreżentanti ta' interess,
   c) il-kunsiderazzjoni tal-limitazzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet li mhumiex reġistrati fil-korpi konsultattivi u l-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni,
   d) li l-Kummissarji u l-uffiċjali tal-Kummissjoni u membri oħra tal-persunal jiġu mħeġġa biex jirrifjutaw stediniet għal avvenimenti organizzati minn organizzazzjonijiet li mhumiex reġistrati,
   e) li l-possibbiltà li avvenimenti jiġu ospitati jew ospitati b'mod konġunt fil-bini tal-Kummissjoni tkun ristretta għal organizzazzjonijiet reġistrati;

16.  Jilqa’ d-deċiżjonijiet riċenti meħuda mill-Kumitat nazzjonali tal-Avukati ta’ Brussell u dik ta’ Pariġi li jirrikonoxxu d-differenzi bejn l-attivitajiet tal-avukati relatati mal-qorti u attivitajiet oħra li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza; barra minn hekk, jistieden lill-Kunsill tal-Kumitat nazzjonali tal-Avukati u s-Soċjetajiet tal-Liġi tal-Ewropa biex iħeġġu lill-membri tagħhom jadottaw miżuri simili;

17.  Jinnota li f’ċerti Stati Membri jeżistu dispożizzjonijiet statutorji dwar ir-regoli tal-eżerċizzju tal-professjonijiet, li oġġettivament jimpedixxu, b’mod speċjali lid-ditti tal-avukati, li jniżżlu lilhom infushom fir-Reġistru tat-Trasparenza u fil-proċess jiżvelaw l-informazzjoni dwar il-klijenti tagħhom kif mitlub mir-Reġistru; jara madankollu riskju konsiderevoli fejn il-tali d-dispożizzjonijiet statutorji jistgħu jintużaw ukoll b'mod qarrieq biex jevitaw li jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa biex tiddaħħal b'mod korrett fir-Reġistru; jilqa’ b’rabta ma’ dan il-fatt li l-organizzazzjonijiet professjonali huma mid-dehra lesti li jaħdmu fi sħubija biex jiżguraw li, fl-interess tal-professjoni, dan l-irtirar ta' informazzjoni jkun limitat esklużivament għal dak li tippermetti l-leġiżlazzjoni b'mod oġġettiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-President tal-Parlament Ewropew jiżguraw li din id-disponibbiltà twassal għal riżultat prattiku fil-ftehim modifikat malajr kemm jista' jkun;

18.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-Bureau tiegħu li jintroduċi għadd sinifikanti ta’ miżuri ta’ inċentivi sabiex isaħħaħ il-parteċipazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza;

19.  Bil-għan li jiġu implimentati bis-sħiħ dawk il-miżuri, jistieden lill-Bureau tiegħu iqis il-proposti konkreti li ġejjin biex jiġu inklużi fid-deċiżjonijiet rilevanti tal-Bureau:

   a) iħeġġeġ lill-uffiċjali jew membri oħra tal-persunal tal-Parlament Ewropew, meta jiġu avviċinati minn rappreżentant ta’ organizzazzjoni jew individwi impenjati f’attività li taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza, jivverifikaw jekk l-organizzazzjoni inkwistjoni hijiex reġistrata, u jekk ma tkunx, iħeġġuha tirreġistra qabel ma tiltaqa' mar-rappreżentant tagħha;
   b) jirrestrinġi l-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew għal organizzazzjonijiet jew individwi li mhumiex reġistrati;
   c) jitħallew jiġu organizzati u/jew ospitati b'mod konġunt avvenimenti ma’ organizzazzjonijiet jew individwi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza kemm il-darba dawk l-organizzazzjonijiet jew individwi jkunu reġistrati;
   d) li r-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew individwi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza jitħallew jipparteċipaw bħala kelliema fuq il-panel fis-seduti tal-kumitati kemm il-darba dawn ikunu reġistrati;
   e) li l-patrunaġġ tal-Parlament Ewropew ikun limitat għal kwalunkwe avveniment organizzat minn organizzazzjoni li taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza fil-każijiet fejn din l-organizzazzjoni tkun reġistrata;
   f) li tiżdied il-viġilanza tiegħu kontra l-għoti ta’ privileġġi Parlamentari lil organizzazzjonijiet tal-faċċata (front organisations) ta’ pajjiżi terzi li ma jirrispettawx il-valuri tal-Unjoni Ewropea;

20.   Jitlob lill-Bureau jiżviluppa formola standardizzata li tippermetti lir-rapporteurs jippubblikaw “impronta leġiżlattiva’ fuq bażi volontarja. Impronta leġiżlattiva hija formola annessa mar-rapporti mħejjija mill-Membri li telenka l-lobbyists kollha li jkunu ltaqgħu magħhom ir-rapporteurs inkarigati minn fajl partikolari fil-proċess tat-tħejjija tar-rapport, meta dan ikun wassal għal impatt sostanzjali fuq ir-rapport.

21.  Jitlob lill-ex Membri tal-Parlament Ewropew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti(4) meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza; jemmen li fit-twettiq ta' dawn l-attivitajiet, ex Membri m'għandhomx jużaw il-badge tagħhom ta’ Membri biex ikollhom aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew; jitlob lill-Bureau jippreżenta proposta lill-Konferenza tal-Presidenti dwar miżuri xierqa biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-privileġġi li huma intitolati għalihom l-ex Membri;

22.  Jitlob lis-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza jipprovdi, f’intervalli regolari, rapport dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ inċentivi, bil-għan li, fl-aħħar mill-aħħar, jiġi mwaqqaf reġistru obbligatorju;

23.  Jenfasizza li organizzazzjonijiet jew individwi li mhumiex reġistrati, li huma eliġibbli għar-reġistrazzjoni u mistennija jirreġistraw, anke jekk in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tagħhom hija biss temporanja, ma jkollhomx aċċess għall-inċentivi u l-vantaġġi l-ġodda marbuta mar-reġistrazzjoni;

24.  Jilqa’ u jħeġġeġ ir-rwol ta' organizzazzjonijiet ta' sorveljanza mhux istituzzjonali fil-monitoraġġ tat-trasparenza tal-istituzzjonijiet tal-UE;

25.  Iqis li l-istruttura u l-persunal tas-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza jeħtieġ li jissaħħu sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet il-ġodda fil-ftehim modifikat, jiġu trattati l-proċeduri ta' twissijiet u tal-investigazzjoni u tat-trattament tal-ilmenti, u jittejbu l-proċeduri għall-verifika tal-affidabbiltà ta' informazzjoni mogħtija mir-reġistranti;

26.  Jistenna li r-rapport annwali dwar il-funzjonament tar-Reġistru tat-Trasparenza Konġunt se jinkludi analiżi tal-progress li sar f’termini ta’ kopertura u kwalità tar-reġistrazzjonijiet;

27.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fit-twettiq tal-funzjoni tagħha ta’ koordinazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza, biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni xierqa tal-ftehim modifikat;

28.  Japprova l-ftehim modifikat kif stipulat hawn taħt u jiddeċiedi li jehmżu mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-ftehim modifikat flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ;

30.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u l-anness tagħha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 176.
(2) ĠU L 191, 22.7.2011, p. 29.
(3) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 48.
(4) Kif stabbilit mill-Kwesturi fil-laqgħa ordinarja tagħhom li saret fid-19 ta' April 2012, PV QUAEST.


ANNESS

Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (il-“partijiet”),

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (2) tiegħu, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn issa 'l quddiem flimkien imsejħa t-“Trattati”),

Billi dawk li jfasslu l-politika Ewropea ma joperawx b'mod iżolat mis-soċjetà ċivili, imma jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili;

Billi l-partijiet eżaminaw mill-ġdid ir-Reġistru tat-Trasparenza (minn issa 'l quddiem “ir-reġistru”) stabbilit mill-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta' Ġunju 2011 dwar it-twaqqif ta’ Reġistru tat-Trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika(1) tal-UE skont il-paragrafu 30 ta' dak il-ftehim,

JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

I.  Il-prinċipji tar-reġistru

1.  It-twaqqif u l-funzjonament tar-reġistru m'għandhomx jaffettwaw jew jippreġudikaw l-objettivi tal-Parlament Ewropew kif espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej(2) u fid-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar Reġistru ta' Trasparenza komuni(3) .

2.  Il-funzjonament tar-reġistru għandu josserva l-prinċipji ġenerali tad-Dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni.

3.  Il-funzjonament tar-reġistru għandu jirrispetta d-drittijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom mingħajr restrizzjoni.

4.  Il-funzjonament tar-reġistru ma għandux jinfluwenza l-kompetenzi jew il-prerogattivi tal-partijiet u lanqas ma għandu jaffettwalhom il-poteri organizzattivi rispettivi tagħhom.

5.  Il-partijiet għandhom jistinkaw biex jittrattaw l-operaturi kollha involuti f’attivitajiet simili b’mod simili, u biex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.

II.  L-istruttura tar-reġistru

6.  L-istruttura tar-reġistru għandha tkun kif ġej:

   (a) id-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, l-attivitajiet koperti mir-reġistru, id-definizzjonijiet, l-inċentivi u l-eżenzjonijiet;
   (b) it-taqsimiet għar-reġistrazzjoni (Anness 1);
   (c) l-informazzjoni mitluba lir-reġistranti, inklużi r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni finanzjarja (Anness 2);
   (d) il-kodiċi ta’ kondotta (Anness 3);
   (e) mekkaniżmi ta’ twissija u ta' lmenti u miżuri li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta’ kondotta, inkluża l-proċedura għat-twissijiet u għall-investigazzjoni u t-trattament tal-ilmenti (Anness 4).
   (f) linji gwida ta’ implimentazzjoni b’informazzjoni prattika għar-reġistranti.

III.  Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru

Attivitajiet koperti

7.  Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru jkopri l-attivitajiet kollha, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 10 sa 12, imwettqa bl-għan li jinfluwenzaw direttament jew indirettament it-tfassil jew l-implimentazzjoni tal-politika u l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, irrispettivament minn fejn jitwettqu u mill-kanal jew mezz ta' komunikazzjoni użat, pereżempju peremzz ta' outsourcing, il-midja, il-kuntratti ma’ intermedjarji professjonisti, think-tanks, pjattaformi, fora, kampanji jew inizjattivi fil-livell lokali.

Għall-fini ta' dan il-ftehim, “jinfluwenzaw direttament” tfisser li jinfluwenzaw permezz ta' kuntatt dirett jew komunikazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE jew permezz ta' azzjoni oħra li ssegwi tali attivitajiet u “jinfluwenzaw indirettament” tfisser jinfluwenzaw permezz tal-użu ta' vetturi intermedji bħall-midja, l-opinjoni pubblika, konferenzi jew avvenimenti soċjali li jkunu immirati lejn l-istituzzjonijiet tal-UE.

B'mod partikolari, dawk l-attivitajiet jinkludu:

   il-kuntatt mal-Membri u l-assistenti tagħhom, mal-uffiċjali jew ma' persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE;
   it-tħejjija, it-tqassim u l-komunikazzjoni ta' ittri, materjal informattiv jew dokumenti ta' diskussjoni u dokumenti fejn tittieħed pożizzjoni;
   l-organizzazzjoni ta' avvenimenti, laqgħat, attivitajiet promozzjonali, konferenzi jew avvenimenti soċjali, stediniet li jkunu ntbagħtu lill-Membri u lill-assistenti tagħhom, lill-uffiċjali jew lil persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE; kif ukoll
   il-kontribuzzjonijiet volontarji u l-parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet jew smigħ formali dwar proposti leġiżlattivi ppjanati tal-UE jew atti ġuridiċi oħrajn u konsultazzjonijiet miftuħin oħrajn.

8.  L-organizzazzjonijiet kollha u individwi li jaħdmu għal rashom, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, li jkunu involuti f’attivitajiet, kemm jekk attwali kif ukoll jekk ikunu qed jitħejjew u li jkunu koperti mir-reġistru huma mistennija li jirreġistraw.

Kwalunkwe attività koperta mir-reġistru u li tiġi żviluppata fuq il-bażi ta' kuntratt minn intermedjarju li jagħti konsulenza legali u professjonali oħra, hija eliġibbli biex tiġi rreġistrata kemm għall-intermedjarju kif ukoll għall-klijent tiegħu. Tali intermedjarji għandhom jiddikjaraw il-klijenti kollha li jkollhom dak it-tip ta' kuntratti, kif ukoll id-dħul ta' kull klijent minn attivitajiet ta' rappreżentanza kif stipulat fl-Anness 2 fil-punt II.C.2.B. Dan ir-rekwiżit ma jeżentax lill-klijenti milli jirreġistraw u jinkludu fl-istimi tal-ispejjeż tagħhom kwalunkwe attività li tkun ġiet subkuntrattata lil xi intermedjarju.

Attivitajiet mhux koperti

9.  Organizzazzjoni għandha tkun eliġibbli biex tirreġistra biss jekk twettaq attivitajiet, koperti mir-reġistru, li jkunu rriżultaw f'komunikazzjoni diretta jew indiretta mal-istituzzjonijiet tal-UE. Organizzazzjoni meqjusa mhux eliġibbli tista’ titneħħa mir-reġistru.

10.  Attivitajiet li jikkonċernawl-għoti ta' konsulenza ġuridika jew konsulenza professjonali oħra mhumiex koperti mir-reġistru sakemm dawn:

   jikkonsistu f'attivitajiet ta’ konsulenza u ta' kuntatti ma’ korpi pubbliċi sabiex jinfurmaw lill-klijenti aħjar dwar sitwazzjoni ġuridika ġenerali jew dwar il-pożizzjoni ġuridika speċifika tagħhom, jew biex jagħtuhom parir dwar jekk pass legali jew amministrattiv partikolari jkunx xieraq jew ammissibbli skont l-ambjent ġuridiku u regolatorju eżistenti;
   jikkonsistu f'konsulenza mogħtija lil klijenti biex dawn jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jikkonformaw mal-liġi rilevanti;
   jikkonsistu f'analiżijiet u studji mħejjija għall-klijenti dwar l-impatt potenzjali ta' kwalunkwe bidla leġiżlattiva jew regolatorja rigward il-pożizzjoni ġuridika tagħhom jew il-qasam ta' attività tagħhom;
   jikkonsistu f'rappreżentanza fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni jew medjazzjoni li jkollha l-għan li tevita t-tressiq ta’ tilwima quddiem korp ġudizzjarju jew amministrattiv; jew
   jirrigwardaw l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali ta’ klijent għal proċess ġust , inkluż id-dritt għad-difiża fi proċedimenti amministrattivi, bħal attivitajiet imwettqa mill-avukati jew minn kwalunque professjonist ieħor involut fihom.

Jekk kumpanija u l-konsulenti tagħha jkunu involuti bħala parti f'każ jew fi proċedura speċifika ġuridika jew amministrattiva, kwalunkwe attività marbuta direttament magħhom li ma tippruvax tbiddel il-qafas legali eżistenti mhijiex koperta mir-reġistru. Dan is-subparagrafu japplika għas-setturi tan-negozju kollha fl-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-attivitajiet li ġejjin rigward l-għoti ta' konsulenza legali jew professjonali oħra huma koperti mir-reġistru sakemm ikollhom l-għan li jinfluwenzaw l-istituzzjonijiet tal-UE, il-Membri u l-assistenti tagħhom jew l-uffiċjali jew il-persunal tagħhom:

   l-għoti ta' appoġġ, permezz ta' rappreżentanza jew medjazzjoni, jew il-forniment ta' materjal promozzjonali, inkluż argumentazzjoni u abbozzar; ; u
   l-għoti ta' konsulenza tattika jew strateġika, inkluż li jitqajmu kwistjonijiet li l-iskop u ż-żmien ta' komunikazzjoni tagħhom ikollhom l-għan li jinfluwenzaw l-istituzzjonijiet tal-UE, il-Membri u l-assistenti jew l-uffiċjali tagħhom jew persunal ieħor.

11.  Attivitajiet tal-imsieħba soċjali bħala parteċipanti fid-djalogu soċjali (trade unions, assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, eċċ.) mhumiex koperti mir-reġistru meta dawk il-imsieħba soċjali jwettqu r-rwol assenjat lilhom mit-Trattati. Dan il-paragrafu japplika mutatis mutandis għal kull entità li fit-Trattati hija speċifikament indikata biex tiżvolġi rwol istituzzjonali;

12.  Attivitajiet b’risposta għal talbiet diretti u individwali minn istituzzjonijiet tal-UE jew minn Membri tal-Parlament Ewropew, bħalma huma talbiet ad hoc jew regolari għal informazzjoni fattwali, data jew għarfien espert, mhumiex koperti mir-reġistru.

Dispożizzjonijiet speċifiċi

13.  Ir-reġistru ma japplikax għal knejjes u komunitajiet reliġjużi. Madankollu, l-uffiċċji rappreżentattivi jew entitajiet ġuridiċi, l-uffiċċji u n-netwerks maħluqa biex jirrappreżentaw il-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huma mistennija jirreġistraw.

14.  Ir-reġistru ma japplikax għal partiti politiċi. Madankollu, kwalunkwe organizzazzjoni maħluqa jew appoġġata minnhom li hija involuta f'attivitajiet li huma koperti mir-reġistru hija mistennija tirreġistra.

15.  Ir-reġistru ma japplikax għas-servizzi governattivi tal-Istati Membri, għall-gvernijiet ta' pajjiżi terzi, għall-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u l-missjonijiet diplomatiċi tagħhom.

16.  L-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom mhumiex mistennija jirreġistraw, iżda jistgħu jirreġistraw jekk ikun jixtiequ. Kwalunkwe assoċjazzjoni jew netwerk maħluqa biex tirrappreżenta r-reġjuni b’mod kollettiv hi mistennija tirreġistra.

17.  L-awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali kollha minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 16, bħal awtoritajiet lokali u muniċipali jew bliet jew l-uffiċċji ta' rappreżentanza tagħhom, l-assoċjazzjonijiet jew in-netwerks tagħhom, huma mistennija jirreġistraw.

18.  Netwerks, pjattaformi jew forom oħrajn ta’ attività kollettiva mingħajr status legali jew personalità ġuridika imma li de facto huma għajn ta’ influwenza organizzata u li huma impenjati f’attivitajiet li huma koperti mir-reġistru, huma mistennija jirreġistraw. Il-membri ta' taliforom ta' attività kollettiva għandhom jaħtru rappreżentant biex jaġixxi bħala l-persuna ta' kuntatt tagħhom responsabbli mir-relazzjonijiet mas-“Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza” (JTRS).

19.  L-attivitajiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà għar-reġistrazzjoni huma dawk immirati (direttament jew indirettament) lejn l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE, kif ukoll lejn il-membri u l-assistenti, l-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom. Tali attivitajiet ma jinkludux l-attivitajiet diretti lejn l-Istati Membri, b’mod partikolari dawk diretti lejn ir-rappreżentanzi permanenti tagħhom għall-Unjoni Ewropea.

20.  In-netwerks, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew pjattaformi Ewropej huma mħeġġin jipproduċu linji gwida komuni u trasparenti biex il-membri tagħhom jidentifikaw l-attivitajiet li huma koperti mir-reġistru. Huma mistennija jagħmlu dawk il-linji gwida pubbliċi.

IV.  Regoli applikabbli għar-reġistranti

p0000001.fig

21.  Meta jirreġistraw, l-organizzazzjonijiet u l-individwi kkonċernati:

   jaqblu li l-informazzjoni li huma jipprovdu biex tkun inkluża fir-reġistru għandha tkun fid-dominju pubbliku;
   jaqblu li jaġixxu f’konformita' mal-kodiċi ta’ kondotta stipulat fl-Anness 3 u, fejn rilevanti, li jipprovdu t-test ta' kwalunkwe kodiċi ta' kondotta professjonali li jkunu marbutin bih(4) ;
   jiggarantixxu li l-informazzjoni mogħtija biex tiġi inkluża fir-reġistru tkun korretta u jaqblu li jikkooperaw mat-talbiet amministrattivi għal informazzjoni kumplementari u aġġornamenti;
   jaċċettaw li kull twissija jew ilment li jikkonċernawhom jiġu ttrattati abbażi tar-regoli tal-kodiċi ta’ kondotta stipulat fl-Anness 3;
   jaqblu li jkunu soġġetti għal kwalunkwe miżura applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta' kondotta stipulat fl-Anness 3 u jirrikonoxxu li l-miżuri previsti fl-Anness 4 jistgħu jiġu applikati lilhom f'każ ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi;
   jinnotaw li l-partijiet jistgħu, fuq talba, u soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) , jiżvelaw il-korrispondenza u dokumenti oħrajn li jikkonċernaw l-attivitajiet tar-reġistranti.

V.  Implimentazzjoni

22.  Is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu responsabbli għas-superviżjoni tas-sistema u għall-aspetti operattivi kollha ewlenin, u għandhom bi qbil komuni jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi implimentat dan il-ftehim.

23.  Għalkemm is-sistema tiġi operata b’mod konġunt, il-partijiet jibqgħu ħielsa li jużaw ir-reġistru b’mod indipendenti għall-finijiet speċifiċi proprji tagħhom.

24.  Sabiex jimplimentaw is-sistema, is-servizzi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea jżommu struttura operattiva konġunta magħrufa bħala JTRS. Il-JTRS hu magħmul minn grupp ta’ uffiċjali mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea skont arranġament miftiehem mis-servizzi kompetenti. Il-JTRS jopera taħtil-koordinazzjoni ta’ Kap ta’ Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kompiti tal-JTRS jinkludu t-tfassil ta’ linji gwida dwar l-implimentazzjoni, fi ħdan il-limiti ta' dan il-ftehim, biex tiġi ffaċilitata interpretazzjoni konsistenti tar-regoli mir-reġistranti kif ukoll biex isir monitoraġġ tal-kwalità tal-kontenut tar-reġistru. Il-JTRS għandu juża r-riżorsi amministrattivi disponibbli biex iwettaq verifiki tal-kwalità tal-kontenut tar-reġistru, bil-fehim, madankollu, li r-reġistranti huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-informazzjoni li jkunu pprovdew.

25.  Il-partijiet għandhom jorganizzaw taħriġ u proġetti ta’ komunikazzjoni interna xierqa biex titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u l-proċeduri ta’ twissija u ta' lment fost il-Membri u l-persunal tagħhom.

26.  Il-partijiet għandhom jieħdu miżuri xierqa biex esternament titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u jiġi promoss l-użu tiegħu.

27.  Fuq il-websajt tar-Reġistru ta' Trasparenza Europa għandha tiġi ppubblikata b'mod regolari sensiela ta' statistika bażika meħuda mill-bażi ta' data tar-reġistru, u għandha tkun aċċessibbli permezz ta' għodda għat-tiftix li hija faċli biex tintuża mill-utent. Il-kontenut pubbliku ta’ dik il-bażi ta' data għandu jkun disponibbli f’formati elettroniċi li jinqraw b'mod elettroniku.

28.  Is-Segretarjati Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-ħidma tar-reġistru rispettivament lill-Viċi President rilevanti tal-Parlament Ewropew u lill-Viċi President rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport annwali għandu jipprovdi informazzjoni fattwali dwar ir-reġistru, il-kontenut u l-evoluzzjoni tiegħu u għandu jiġi ppubblikat kull sena għas-sena kalendarja preċedenti.

VI.  Miżuri applikabbli għal reġistranti li jkunu konformi

29.  Il-permessi ta' aċċess għall-bini tal-Parlament jinħarġu biss lil individwi li jirrappreżentaw, jew li jaħdmu għal, organizzazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, sakemm dawk l-organizzazzjonijiet jew individwi jkunu rreġistraw. Madankollu, ir-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal tali permess ta’ aċċess. Il-ħruġ u l-kontroll ta' permessi li jippermettu aċċess għal perjodu fit-tul għall-bini tal-Parlament Ewropew għandhom jibqgħu proċedura interna tal-Parlament taħt ir-responsabilità tiegħu stess.

p0000002.fig

30.  Il-partijiet għandhom joffru inċentivi, fil-qafas tal-awtorità amministrattiva tagħhom, sabiex iħeġġu biex issir ir-reġistrazzjoni fi ħdan il-qafas maħluq minn dan il-ftehim.

L-inċentivi offruti mill-Parlament Ewropew lir-reġistranti jistgħu jinkludu:

   aċċess aktar aġevolat għall-bini tal-Parlament Ewropew, għall-Membri tiegħu u għall-assistenti tagħhom, għall-uffiċjali u persunal ieħor tiegħu;
   awtorizzazzjoni biex jiġu organizzati jew ospitati b'mod konġunt avvenimenti fil-bini tiegħu;
   trażmissjoni faċilitatata ta’ informazzjoni, inklużi listi ta’ indirizzi speċifiċi;
   parteċipazzjoni bħala kelliema fis-seduti tal-kumitat;
   il-patroċinju tal-Parlament Ewropew.

L-inċentivi offruti mill-Kummissjoni Ewropea lir-reġistranti jistgħu jinkludu:

   miżuri rigward it-trażmissjoni ta’ informazzjoni lir-reġistranti meta jitniedu konsultazzjonijiet pubbliċi;
   miżuri rigward gruppi esperti u korpi konsultattivi oħra;
   listi tal-indirizzi speċifiċi;
   il-patroċinju tal-Kummissjoni Ewropea.

L-inċentivi speċifiċi disponibbli għar-reġistranti għandhom jiġu kkomunikati lilhom mill-partijiet.

VII.  Miżuri f’każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta’ kondotta

31.  Kwalunkwe persuna tista' tressaq twissijiet u ilmenti, bl-użu tal-formola ta' kuntatt standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru, rigward il-possibilità ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta' kondotta stipulat fl-Anness 3. It-twissijiet u l-ilmenti għandhom jiġu mmaniġġjati skont il-proċeduri stipulati fl-Anness 4.

32.  Mekkaniżmu ta' twissija huwa għodda li tikkomplementa l-verifiki tal-kwalità mwettqa mill-JTRS skont il-paragrafu 24. Kwalunkwe persuna tista’ tressaq twissija rigward żbalji fattwali li jikkonċernaw l-informazzjoni pprovduta mir-reġistranti. It-twissijiet jistgħu jitressqu wkoll rigward reġistrazzjonijiet mhux eliġibbli.

33.  Kwalunkwe persuna tista' tressaq ilment formali fejn ikun hemm suspett ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta' kondotta mir-reġistrant, minbarra żbalji fattwali. L-ilmenti għandhom jiġu ssostanzjati minn fatti materjali fir-rigward tas-suspett ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi.

Il-JTRS għandu jinvestiga dwar is-suspett ta' nuqqas ta' konformita' filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-amministrazzjoni tajba. In-nuqqas ta' konformita' intenzjonali mal-kodiċi ta' kondotta mir-reġistranti jew mir-rappreżentanti tagħhom għandha twassal biex jiġu applikati l-miżuri stipulati fl-Anness 4.

34.  Fejn nuqqas ta' kooperazzjoni ripetuta, imġiba inadegwata ripetuta jew nuqqas ta' konformita' serja mal-kodiċi ta' kondotta jkunu ġew identifikati mill-JTRS taħt il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 31 sa 33, ir-reġistrant ikkonċernat għandu jitneħħa mir-reġistru għal perjodu ta' żmien ta' sena jew sentejn u l-miżura tissemma pubblikament fir-reġistru, kif stipulat fl-Anness 4.

VIII.  Involviment ta’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn

35.  Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill huma mistednin jissieħbu f’dan ir-reġistru. Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-UE huma mħeġġa sabiex huma wkoll jużaw il-qafas maħluq minn dan il-ftehim bħala strument ta' riferenza għall-interazzjonijiet tagħhom mal-organizzazzjonijiet u ma' individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.

IX.  Dispożizzjonijiet finali

36.  Dan il-ftehim għandu jissostitwixxi l-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta' Ġunju 2011 li l-effetti tiegħu ma jibqgħux japplikaw wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan il-ftehim.

37.  Ir-reġistru għandu jiġi eżaminat mill-ġdid fl-2017.

38.  Dan il-ftehim għandujidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Għandu japplika minn ....(6) jew mill-1 ta' Jannar 2015 skont liema data tiġi l-ewwel.

Entitajiet li jkunu diġà rreġistrati fid-data ta' applikazzjoni ta' dan il-ftehim għandhom jemendaw ir-reġistrazzjoni tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw minn dan il-ftehim fi żmien tliet xhur minn dik id-data.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kummissjoni Ewropea

Il-President Il-Viċi President
M. SCHULZ M. ŠefČoviČ

(1) ĠU L 191, 22.7.2011, p. 29.
(2) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 48.
(3) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 176.
(4) Il-kodiċi ta' kondotta professjonali li reġistrant huwa marbut bih jista' jimponi obbligi li huma aktar stretti mir-rekwiżiti tal-kodiċi ta' kondotta stipulat fl-Anness 3.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(6)* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim.


Anness 1

“Ir-Reġistru tat-Trasparenza”

Organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE

Taqsimiet

Karatteristiċi /rimarki

I – Konsulenzi professjonali / ditti legali / konsulenti indipendenti

Subtaqsima

Konsulenzi professjonali

Ditti li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi.

Subtaqsima

Ditti legali

Ditti legali li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi.

Subtaqsima

Konsulenti li jaħdmu għal rashom

Konsulenti li jaħdmu għal rashom li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi. Din is-subtaqsima hija għar-reġistrazzjoni tal-entitajiet li jinvolvu biss persuna waħda.

II – Lobbyists interni u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ / tan-negozju / professjonali

Subtaqsima

Kumpaniji u gruppi

Kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji (bi status ġuridiku jew mingħajru) li jwettqu internament, f’isimhom stess, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi.

Subtaqsima

Assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tan-negozju

Organizzazzjonijiet (bi skop jew mingħajr skop ta’ profitt) li jirrappreżentaw kumpaniji li jagħmlu profitt jew gruppi u pjattaformi mħalltin.

Subtaqsima

Trade unions u assoċjazzjonijiet professjonali

Rappreżentanza ta’ gruppi ta' interess ta’ ħaddiema, impjegati, negozji jew professjonijiet.

Subtaqsima

Organizzazzjonijiet oħrajn inklużi:

- entitajiet li jorganizzaw avvenimenti (li jagħmlu jew ma jagħmlux profitt);

- midja relatata mal-interessi jew entitajiet orjentati lejn ir-riċerka marbuta ma' interessi privati li jagħmlu profitt;

- koalizzjonijiet ad hoc u strutturi temporanji (bi sħubija għall-profitt).

III - Organizzazzjonijiet mhux governattivi

Subtaqsima

Organizzazzjonijiet mhux governattivi, pjattaformi, netwerks, koalizzjonijiet ad hoc, strutturi temporanji u organizzazzjonijiet oħrajn simili.

Organizzazzjoni mingħajr skop ta’ profitt (bi status ġuridiku jew mingħajru), li huma indipendenti minn awtoritajiet pubbliċijew organizzazzjonijiet kummerċjali. Inklużi l-fondazzjonijiet, l-entijiet tal-karità, eċċ.

Kwalunkwe tip ta' entità li tinkludi elementi bi skop ta’ profitt fis-sħubija tagħha għandha tirreġistra fit-Taqsima II.

IV – Think tanks, istituzzjonijiet ta’ riċerka u akkademiċi

Subtaqsima

Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka

Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka speċjalizzati li huma involuti fl-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea.

Subtaqsima

Istituzzjonijiet akkademiċi

Istituzzjonijiet li l-iskop primarju tagħhom huwa l-edukazzjoni imma li huma involuti fl-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea

V – Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi

Subtaqsima

Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi

Entitajiet ġuridiċi, uffiċċji, netwerks jew assoċjazzjonijiet imwaqqfin għal attivitajiet ta’ rappreżentanza.

VI - Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, eċċ.

Subtaqsima

Strutturi reġjonali

Ir-reġjuni infushom u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom mhumiex mistennija jirreġistraw, iżda jistgħu jirreġistraw jekk ikunu jixtiequ. Assoċjazzjonijiet jew netwerks nazzjonali maħluqa biex jirrappreżentaw ir-reġjuni b’mod kollettiv huma mistennija jirreġistraw.

Subtaqsima

Awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali oħrajn

L-awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali oħrajn kollha, bħal bliet, awtoritajiet lokali u muniċipali, jew l-uffiċċji ta' rappreżentanza tagħhom, u l-assoċjazzjonijiet jew in-netwerks nazzjonali, huma mistennija jirreġistraw.

Subtaqsima

Assoċjazzjonijiet transnazzjonali u netwerks ta' awtoritajiet pubbliċi reġjonali jew subnazzjonali oħrajn

Subtaqsima

Entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, maħluqa mil-liġi li l-għan tagħhom huwa li jaġixxu fl-interess pubbliku

Inklużi organizzazzjonijiet oħrajn bi status pubbliku jew imħallat (pubbliċi/privati).


Anness 2

Informazzjoni li għandha tingħata mir-reġistranti

I.  INFORMAZZJONI ĠENERALI U BAŻIKA

   a) l-isem jew l-ismijiet tal-organizzazzjoni, l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u l-indirizz ta’ Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu meta rilevanti, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika, il-websajt tal-organizzazzjoni;
   b) id-dettalji tal-persuna legalment responsabbli mill-organizzazzjoni u l-isem tad-direttur jew soċju responsabbli għall-ġestjoni tal-organizzazzjoni jew, jekk applikabbli, il-punt ta' kuntatt prinċipali tal-organizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet koperti mir-reġistru (jiġifieri l-kap tal-affarijiet tal-UE); l-ismijiet tal-persuni b’awtorizzazzjoni ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew(1) ;
   c) l-għadd ta' persuni (membri, persunal, eċċ.) involuti fl-attivitajiet koperti mir-reġistru u ta' persuni li jibbenefikaw minn permess ta' aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew u l-ammont ta' ħin li tqatta' kull persuna f' dawk l-attivitajiet skont il-perċentwali li ġejjin ta' attività full-time: 25 %, 50 %, 75 % jew 100 %;
   d) l-objettivi/il-mandat – l-oqsma ta’ interess – l-attivitajiet – il-pajjiżi fejn issir il-ħidma – l-affiljazzjonijiet ma' netwerks – it-tagħrif ġenerali li jaqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru;
   e) is-sħubija u, jekk applikabbli, l-għadd ta’ membri (individwi u organizzazzjonijiet).

II.  INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA

A.  ATTIVITAJIET KOPERTI MIR-REĠISTRU

Għandhom jiġu pprovduti dettalji speċifiċi dwar il-proposti leġiżlattivi jew il-politiki ewlenin li jkunu fil-mira tal-attivitajiet tar-reġistrant, u li huma koperti mir-reġistru. Tista' ssir referenza għal attivitajiet speċifiċi oħrajn, bħal avvenimenti jew pubblikazzjonijiet.

B.  KONNESSJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET TAL-UE

a)  Sħubija fi gruppi ta' livell għoli, kumitati konsultattivi, gruppi ta' esperti, strutturi u pjattaformi oħrajn appoġġjati mill-UE, eċċ.

b)  Sħubija jew parteċipazzjoni f’intergruppi tal-Parlament Ewropew jew f'fora tal-industrija, eċċ.

C.  INFORMAZZJONI FINANZJARJA RELATATA MAL-ATTIVITAJIET KOPERTI MIR-REĠISTRU

1.  Ir-reġistranti kollha għandhom jipprovdu:

   a) Stima tal-ispejjeż annwali marbuta mal-attivitajiet koperti mir-reġistru. Iċ-ċifri finanzjarji għandhom ikopru sena sħiħa ta’ ħidma u jirreferu għall-aħħar sena finanzjarja magħluqa, mid-data tar-reġistrazzjoni jew tal-aġġornament annwali tar-reġistrazzjoni.
   b) L-ammont u s-sors ta’ finanzjament riċevut mill-istituzzjonijiet tal-UE fl-iktarsena finanzjarja riċenti magħluqa, mid-data tar-reġistrazzjoni jew tal-aġġornament annwali tad-dettalji ta' reġistrazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tikkorrispondi mal-informazzjoni pprovduta mis-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja Ewropea(2) .

2.  Konsulenzi professjonali/ditti legali/konsulenti li jaħdmu għal rashom (Taqsima I tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:

  a) Il-fatturat attribwit għall-attivitajiet koperti mir-reġistru skont it-tabella li ġejja:

Il-fatturat annwali għall-attivitajiet ta’ rappreżentanza f’euro

0 – 99 999

100 000– 499 999

500 000 – 1 000 000

> 1 000 000

   b) Lista tal-klijenti kollha, li f'isimhom twettqu l-attivitajiet koperti mir-reġistru. Id-dħul mill-klijenti għal attivitajiet ta' rappreżentanza għandhom jitniżżlu skont it-tabella li ġejja:

Id-daqs tal-kategorija ta' attivitajiet ta' rappreżentanza għal kull klijent fis-sena f'euro

0 – 9 999
10 000 – 24 999
25 000 – 49 999
50 000 – 99 999
100 000 – 199 999
200 000 – 299 999
300 000 – 399 999
400 000 – 499 999
500 000 – 599 999
600 000 – 699 999
700 000 – 799 999
800 000 – 899 999
900 000 – 1 000 000
> 1 000 000

c)  Il-klijenti huma wkoll mistennija jirreġistraw. Id-dikjarazzjoni finanzjarja magħmula minn ditti ta' konsulenza professjonali / ditti legali / konsulenti li jaħdmu għal rashom dwar klijenti tagħhom (lista u tabella) ma teżentax lil dawk il-klijenti mill-obbligu tagħhom li jinkludu dawk l-attivitajiet kuntrattwali fid-dikjarazzjonijiet tagħhom stess, sabiex jevitaw sottovalutazzjoni tan-nefqa finanzjarja ddikjarata tagħhom.

3.  Lobbyists interni u assoċjazzjonijiet tan-negozju / tal-kummerċ / professjonali (Taqsima II tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:

il-fatturat attribwibbli għall-attivitajiet koperti mir-reġistru, inkluż għal ammonti inqas minn EUR 10 000.

4.  Organizzazzjonijiet mhux governattivi, think tanks, istituzzjonijiet ta' riċerka u akkademiċi - organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi - organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, eċċ (Taqsimiet III sa VI tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:

   a) il-baġit totali tal-organizzazzjoni
   b) rendikont dettaljat tal-ammonti u tas-sorsi ewlenin ta’ finanzjament.

(1) Ir-reġistranti jistgħu jitolbu awtorizzazzjoni ta' access għall-bini tal-Parlament Ewropew fi tmiem il-proċess ta' reġistrazzjoni. L-ismijiet tal-individwi li jirċievu l-permessi ta' aċċess għall-bini tal-Parlament għandhom jiddaħħlu fir-reġistru. Ir-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal talipermess ta’ aċċess.
(2) http://ec.europa.eu/budget/fts/index_en.htm


Anness 3

Kodiċi ta’ kondotta

Il-partijiet jikkunsidraw li r-rappreżentanti kollha ta' gruppi ta' interess li jinteraġġixxu magħhom, kemm f'okkażjoni waħda jew b'mod aktar frekwenti, irreġistrati jew mhumiex, għandhom jaġixxu f'konformita' ma' dan il-kodiċi ta' kondotta.

Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Membri, mal-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess:

   (a) għandhom dejjem jidentifikaw ruħhom bl-isem u bin-numru ta' reġistrazzjoni, jekk applikabbli, u bl-isem tal-entità jew entitajiet li jaħdmu għalihom jew li jkunu qed jirrappreżentaw; jiddikjaraw l-interessi, l-objettivi jew l-għanijiet li jippromwovu u, fejn applikabbli, jispeċifikaw il-klijenti jew il-membri li jirrappreżentaw;
   (b) m'għandhomx jiksbu jew jipprovaw jiksbu informazzjoni jew deċiżjonijiet b’mod diżonest jew bl-użu ta’ pressjoni indebita jew imġiba mhux xierqa;
   (c) m'għandhomx jippretendu li għandhom relazzjoni formali mal-Unjoni Ewropea jew ma’ xi waħda mill-istituzzjonijiet tagħha fit-tranżazzjonijiet tagħhom ma’ terzi, jew jirrappreżentaw b'mod qarrieqi l-effett tar-reġistrazzjoni b'mod li jiżgwida lill-partijiet terzi jew lill-uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew jużaw il-logos tal-istituzzjonijiet tal-UE mingħajr awtorizzazzjoni espressa;
   (d) għandhom jiżguraw li, sa fejn jafu huma, it-tagħrif li jagħtu meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom koperti mir-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax; jaċċettaw li t-tagħrif kollu provdut ikun soġġett għal eżami mill-ġdid u jaqblu li jikkooperaw mat-talbiet amministrattivi għal informazzjoni u aġġornamenti kumplementari;
   (e) m'għandhomx ibiegħu lil terzi kopji ta’ dokumenti miksuba minn istituzzjonijiet tal-UE;
   (f) b’mod ġenerali għandhom jirrispettaw u jevitaw kwalunkwe xkiel għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli, il-kodiċijiet u l-prattiki ta’ governanza tajba kollha stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE;
   (g) m'għandhomx iwasslu biex Membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew assistenti jew apprendisti ta’ dawk il-Membri, jiksru r-regoli jew l-istandards ta’ kondotta applikabbli għalihom;
   (h) għandhom, jekk jimpjegaw persuni li qabel kienu uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea jew assistenti jew apprendisti tal-Membri tal-istituzzjonijiet tal-UE, jirrispettaw l-obbligu ta' dawk il-persuni li jirrispettaw ir-regoli u r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli għalihom;
   (i) għandhom jiksbu l-kunsens minn qabel tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernat rigward kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali ma', jew impjieg ta', kwalunkwe individwu fi ħdan l-entourage maħtur ta’ Membru;
   (j) għandhom josservaw kwalunkwe regola dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' Membri preċedenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea;
   (k) għandhom jinfurmaw lil kulmin jirrappreżentaw dwar l-obbligi tagħhom lejn l-istituzzjonijiet tal-UE.

L-individwi li jkunu rreġistraw mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jinħarġilhom permess personali u mhux trasferibbli li jagħti aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew għandhom:

   (l) jiżguraw li jġorru fuqhom b’mod viżibbli l-permess ta’ aċċess f’kull ħin fil-bini tal-Parlament Ewropew;
   (m) josservaw strettament ir-Regoli ta’ Proċedura relevanti tal-Parlament Ewropew ;
   (n) jaċċettaw li kwalunkwe deċiżjoni dwar talba għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew tkun il-prerogativa esklużiva tal-Parlament u li r-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal permess ta' aċċess.


Anness 4

Proċedura għat-twissijiet u għall-investigazzjoni u t-trattament tal-ilmenti

I.  TWISSIJIET

Kwalunkwe persuna tista’ tressaq twissija quddiem il-JTRS, billi timla l-formola ta’ kuntatt standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru, fir-rigward ta’ tagħrif inkluż fir-reġistru u reġistrazzjonijiet mhux eliġibbli.

Fejn isiru twissijiet dwar it-tagħrif li jinsab fir-reġistru, dawn jiġu ttrattati bħala allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta' konformita' mal-punt (d) tal-kodiċi ta’ kondotta stabbilit fl-Anness 3(1) . Ir-reġistrant ikkonċernat jintalab jaġġorna l-informazzjoni jew jispjega lill-JTRS ir-raġuni li minħabba fiha l-informazzjoni ma għandhiex bżonn tiġi aġġornata. Meta r-reġistrant ikkonċernat ma jikkooperax, jistgħu jiġu applikati l-miżuri mniżżla fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt (ringieli 2 sa 4).

II.  ILMENTI

Stadju 1: Il-preżentazzjoni ta’ lment

1.  Kwalunkwe persuna tista’ tippreżenta lment lill-JTRS billi timla formola standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru. Dik il-formola għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

   (a) ir-reġistrant li hu s-suġġett tal-ilment;
   (b) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta' min jagħmel l-ilment;
   (c) id-dettalji tan-nuqqas ta' konformita' allegata mal-kodiċi ta' kondotta, inkluż dokumenti possibbli jew materjal ieħor li jappoġġa l-ilment, indikazzjoni dwar jekk kenitx ikkawżata xi ħsara lil min jagħmel l-ilment u r-raġunijiet li jwasslu biex ikun hemm suspett ta' nuqqas ta' konformita' intenzjonata.

L-ilmenti anonimi m'għandhomx jiġu kkunsidrati.

2.  L-ilment għandu jispeċifika l-klawsoli tal-kodiċi ta’ kondotta li fir-rigward tagħhom min jagħmel l-ilment jallega li kien hemm nuqqas ta' konformita'. Kull ilment, fejn, mill-bidu nett, il-JTRS tqis b'mod ċar li jkun każ ta' nuqqas ta' konformita' mhux intenzjonata, jista' jiġi meqjus mill-ġdid bħala “twissija” mill-JTRS.

3.  Il-Kodiċi ta' kondotta japplika b’mod esklużiv għar-relazzjonijiet bejn ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta' interess u l-istituzzjonijiet tal-UE u ma jistax jintuża biex jirregola relazzjonijiet bejn partijiet terzi jew bejn reġistranti.

Stadju 2: Ammissibiltà

4.  Mal-wasla tal-ilment il-JTRS għandu:

   (a) jagħti konferma li rċieva l-ilment lil min jagħmel l-ilment fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol;
   (b) jiddetermina jekk l-ilment jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, kif deskritt fil-kodiċi ta’ kondotta stabbilit fl-Anness 3 u fl-istadju 1 imsemmi hawn fuq;
   (c) jivverifika kwalunkwe prova mressqa bħala appoġġ tal-ilment, sew jekk din tieħu l-forma ta’ dokumenti, materjal ieħor jew dikjarazzjonijiet personali; fil-prinċipju, kwalunkwe prova konkreta għandha tittieħed mir-reġistrant ikkonċernat, minn dokument maħruġ minn parti terza jew minn sorsi disponibbli għall-pubbliku. Sempliċi valutazzjonijiet ta' ġudizzju ippreżentati minn min jagħmel l-ilment m'għandhomx jitqiesu bħala prova;
   (d) abbażi tal-analiżi msemmija fil-punti (b) u (c), jiddeċiedi dwar l-ammissibilità tal-ilment.

5.  Jekk l-ilment jitqies inammissibli, il-JTRS għandu jgħarraf bil-miktub lil min ikun għamel l-ilment, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

6.  Jekk l-ilment jitqies ammissibbli, kemm min jagħmel l-ilment kif ukoll ir-reġistrant ikkonċernat għandhomjiġu infurmati mill-JTRS dwar id-deċiżjoni u l-proċedura li għandha tiġi segwita, kif stabbilit hawn taħt.

Stadju 3: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli - eżaminar u miżuri proviżorji

7.  Ir-reġistrant ikkonċernat għandu jiġi notifikat mill-JTRS dwar il-kontenut tal-ilment u tal-klawsola jew klawsoli li allegatament inkisru u fl-istess ħin għandujiġi mistieden jippreżenta pożizzjoni b'risposta għal dak l-ilment fi żmien 20 jum tax-xogħol. Bħala appoġġ għal dik il-pożizzjoni, u fl-istess skadenza, ir-reġistrant jista’ jippreżenta ukoll memorandum magħmul minn organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva, b’mod partikolari għall-professjonijiet jew l-organizzazzjonijiet regolati soġġetti għal kodiċi ta’ kondotta professjonali.

8.  In-nuqqas ta' konformita' mal-iskadenza indikata fil-paragrafu 7 għandhatwassal għal sospensjoni temporanja tar-reġistrant ikkonċernat mir-reġistru sakemm jerġa' jkun hemm kooperazzjoni.

9.  L-informazzjoni kollha miġbura waqt l-investigazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-JTRS, li jista’ jiddeċiedi li jisma’ lir-reġistrant ikkonċernat jew lil min ikun għamel l-ilment, jew lit-tnejn li huma.

10.  Jekk wara li jiġi eżaminat il-materjal ipprovdut jidher li l-ilment ikun infondat, il-JTRS għandujinforma kemm lir-reġistrant kif ukoll lil min ikun għamel l-ilment bid-deċiżjoni dwar dan, u jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

11.  Jekk l-ilment jintlaqa', ir-reġistrant ikkonċernat jiġi sospiż b’mod temporanju mir-reġistru sakemm jittieħdu l-passi biex tiġi indirizzata l-problema (ara l-Istadju 4 hawn taħt) u jista’ jkun soġġett għal għadd ta’ miżuri addizzjonali inkluż it-tneħħija mir-reġistru u l-irtirar, fejn applikabbli, ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew skont il-proċeduri interni ta' dik l-istituzzjoni (ara l-Istadju 5 u r-ringieli 2-4 fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), prinċipalment f’każijiet ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni.

Stadju 4: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli - risoluzzjoni

12.  Meta ilment jiġi milqugħ u jiġu identifikati kwistjonijiet problematiċi, il-JTRS jieħu l-passi kollha meħtieġa f'kooperazzjoni mar-reġistrant ikkonċernat biex tiġi indirizzata l-kwistjoni u tinstab risoluzzjoni.

13.  Jekk ir-reġistrant ikkonċernat jikkoopera il-JTRS għandu jiġi alloka perjodu raġjonevoli ta’ żmien, fuq il-bażi ta’ każ b’każ, biex tinsab risoluzzjoni.

14.  Fejn tiġi identifikata risoluzzjoni possibbli għall-kwistjoni, u r-reġistrant ikkonċernat jikkoopera biex tiġi applikata dik ir-risoluzzjoni, terġa' tiġi riattivata r-reġistrazzjoni ta' dak ir-reġistrant u l-ilment jingħalaq. Il-JTRS għandu jinforma kemm lir-reġistrant ikkonċernat kif ukoll lil min ikun għamel l-ilment bid-deċiżjoni kkonċernata, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

15.  Fejn tiġi identifikata risoluzzjoni possibbli għall-kwistjoni, u r-reġistrant ikkonċernat ma jikkooperax biex dik ir-risoluzzjoni tingħata effett, ir-reġistrazzjoni tar-reġistrant ikkonċernat għandha titħassar (ara r-ringieli 2 u 3 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt). Il-JTRS għandu jinforma kemm lir-reġistrant ikkonċernat kif ukoll lil min jagħmel l-ilment bid-deċiżjoni kkonċernata, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

16.  Fejn il-possibilità ta' risoluzzjoni tal-kwistjoni titlob deċiżjoni minn parti terza, inkluża awtorità fi Stat Membru, id-deċiżjoni finali tal-JTRS għandhatkun sospiża sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni.

17.  Jekk ir-reġistrant ma jikkooperax fi żmien 40 jum tax-xogħol min-notifika tal-ilment skont il-paragrafu 7, għandhom japplikaw il-miżuri ta' nuqqas ta' konformita' (ara l-paragrafi 19 sa 22 tal-Istadju 5 u r-ringieli 2 sa 4 tat-tabella tal-miżuri li tinsab iktar 'l isfel).

Stadju 5: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli – il-miżuri li għandhom jiġu applikati fl-eventwalità ta’ nuqqas ta' konformita' mal-Kodiċi ta’ Kondotta

18.  Fejn ir-reġistrant ikkonċernat iwettaq korrezzjonijiet immedjati, kemm min jagħmel l-ilment kif ukoll ir-reġistrant ikkonċernat jirċievu konferma bil-miktub tal-fatti u l-korrezzjonijiet tagħhom mill-JTRS (ara r-ringiela 1 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt).

19.  Jekk ir-reġistrant ikkonċernat ma jiħux azzjoni fl-iskadenza ta' 40 jum stabbiliti fil-paragrafu 17, għandu jitneħħa mir-reġistru (ara r-ringiela 2 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt) u jitlef l-aċċess għal kwalunkwe inċentiv marbut mar-reġistrazzjoni.

20.  Fejn tiġi identifikata imġiba mhux xierqa, ir-reġistrant ikkonċernat għandu jitneħħa mir-reġistru (ara r-ringiela 3 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt) u jitlef kwalunkwe inċentiv marbut mar-reġistrazzjoni.

21.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 19 u 20, ir-reġistrant ikkonċernat jista' jerġa' jirreġistra, jekk ikun instab rimedju għar-raġunijiet li jkunu wasslu biex jitneħħa.

22.  Fejn jidher li jkun hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni jew imġiba mhux xierqa b’mod repetut u deliberat, jew fejn tiġi identifikata nuqqas ta' konformita' serja (ara r-ringiela 4 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), il-JTRS għandu jadottata deċiżjoni li tipprojbixxi reġistrazzjoni mill-ġdid għal perjodu ta' sena jew sentejn (skont il-gravità tal-każ).

23.  Il-JTRS għandu jinnotika lir-reġistrant ikkonċernat u lil min jagħmel l-ilment bi kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 18 sa 22 jew ir-ringieli 1 sa 4 fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt.

24.  Fil-każijiet fejn miżura adottata mill-JTRS tirriżulta fit-tneħħija mir-reġistru għal perjodu fit-tul (ara r-ringiela 4 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), ir-reġistrant ikkonċernat jista’, fi żmien 20 jum tax-xogħol min-notifika tal-miżura, iressaq talba motivata lis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea biex dik il-miżura tkun eżaminata mill-ġdid.

25.  Malli tiskadi l-iskadenza ta' 20 jum jew wara li s-Segretarji Ġenerali jkunu ħadu d-deċiżjoni finali, il-Viċi President rilevanti tal-Parlament Ewropew u l-Viċi President rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu infurmati u l-miżura tiġi ppubblikata fir-reġistru.

26.  Meta deċiżjoni dwar il-projbizzjoni ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid għal ċertu perjodu ta’ żmien timplika l-irtirar tal-possibbiltà li tintalab awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew bħala rappreżentant ta’ grupp ta' interess, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew għandu jippreżenta proposta lill-Kulleġġ tal-Kwesturi, li għandu jiġi mistieden jawtorizza l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għal aċċess relatata tal-individwu jew individwi kkonċernati għal dak il-perjodu ta’ żmien.

27.  Fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-miżuri applikabbli skont dan l-Anness, il-JTRS għandu jikkunsidra kif xieraq il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta' amministrazzjoni tajba. Il-JTRS għandu jopera taħt il-koordinazzjoni tal-Kap ta’ Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, u taħt l-awtorità tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, li għandhom jinżammu dejjem infurmati kif xieraq.

Tabella ta’ miżuri disponibbli f'każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-Kodiċi ta’ Kondotta

Tip ta’ nuqqas ta' konformita' (in-numri jirreferu għall-paragrafi ta’ hawn fuq)

Miżura

Pubblikazzjoni tal-miżura fir-reġistru

Deċiżjoni formali biex ikun irtirat l-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew

1

Nuqqas ta' konformita', li tiġi korretta minnufih (18)

Notifika bil-miktub li tirrikonoxxi l-fatti u l-korrezzjoni tagħhom.

Le

Le

2

Nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-JTRS (19 u 21)

Tneħħija mir-reġistru, deattivazzjoni tal-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew u telf ta' inċentivi oħrajn.

Le

Le

3

Imġiba mhux xierqa (20 u 21)

Tneħħija mir-reġistru, deattivazzjoni tal-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew u telf ta' inċentivi oħrajn.

Le

Le

4

Nuqqas ta’ kooperazzjoni ripetuta u deliberata jew imġiba mhux xierqa ripetuta (22) u/jew nuqqas ta' konformita' serja.

a) Tneħħija mir-reġistru għal sena, u rtirar formali tal-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew (bħala rappreżentant akkreditat ta’ grupp ta’ interess);

b) Tneħħija mir-reġistru għal sentejn, u rtirar formali tal-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew (bħala rappreżentant akkreditat ta’ grupp ta’ interess);

Iva, b'deċiżjoni tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea.

Iva, b’deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-Kwesturi

(1) Il-punt (d) jirrikjedi li r-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Membri, mal-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, “jiżguraw li, sa fejn jafu huma, it-tagħrif li jagħtu meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom koperti mir-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax” u “jaċċettaw li t-tagħrif kollu provdut ikun soġġett għal eżami mill-ġdid u jaqblu li jikkooperaw mat-talbiet amministrattivi għal informazzjoni u aġġornamenti kumplementari;”.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Ġunju 2014Avviż legali