Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0093(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0305/2015

Testi mressqa :

A8-0305/2015

Dibattiti :

PV 28/10/2015 - 4
CRE 28/10/2015 - 4

Votazzjonijiet :

PV 28/10/2015 - 7.5
CRE 28/10/2015 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0379

Testi adottati
PDF 267kWORD 63k
L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu
L-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat ***I
P8_TA(2015)0379A8-0305/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom (COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0177),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0107/2015),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana, il-Parlament Spanjol, il-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands u l-Kunsill Federali Awstrijak, fejn jiddikjaraw li l-abozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà,

—  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Settembru 2015(1),

—  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Ottubru 2015(2),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0305/2015),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u tissottometti waħda ġdida;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadu mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadu mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza