Parlament Ewropew

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
10 ta' Lulju 2007
E-3498/07
MISTOQSIJA BIL-MIKTUB minn Simon Busuttil (PPE-DE) lill-Kummissjoni

 Suġġett: Kategoriji esklużi fil-liġi Maltija dwar kuntratti għal perjodu ta' żmien fiss
 Tweġiba(iet) 

Dan l-aħħar, l-awtoritajiet Maltin ippubblikaw Avviż Legali 51 ta’ l-2007 sabiex iġibu l-liġi Maltija konformi mal-liġi ta’ l-UE dwar kuntratti għal perjodu ta’ żmien fiss, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom kuntratt definit jista’ jinqaleb f’kuntratt indefinit fil-każ tal-ħaddiema tas-settur pubbliku.

Dan l-Avviż Legali jidher li jeskludi ċerti kategoriji tas-settur pubbliku mill-benefiċċji ta’ l-istess liġi fuq il-bażi ta’ “raġunijiet oġġettivi”.

Dawn il-kategoriji jinkludu ħaddiema impjegati bħala sostituti fuq bażi każwali jew bħala impjegati sostituti temporanji, ħaddiema f’kariga maniġerjali, ħaddiema impjegati f’missjonijiet jew postings barra mill-pajjiż u ħaddiema impjegati fl-uffiċċju ta’ korp elett, bħal kunsill lokali.

Tista’ l-Kummissjoni tiddikjara:

1. jekk l-Avviż Legali msemmi huwiex biżżejjed sabiex il-Liġi Maltija tinġieb konformi mal-Liġi ta’ l-UE, u;
2. jekk l-esklużjoni tal-kategoriji tal-ħaddiema tas-settur pubbliku msemmija hijiex konformi mal-liġi ta’ l-UE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: ENOJ (MT) C 45, 16/02/2008
Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Settembru 2007Avviż legali