1.
Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.
2.
Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'sessjoni parzjali waħda.
3.
Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President, li jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibiltà tagħhom u dwar l-ordni li fih għandhom jitressqu. L-interpellant għandu jiġi mgħarraf minnufih b'din id-deċiżjoni.
4.
Il-proċedura dettaljata għandha tkun irregolata minn linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura(1)
.
5.
Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.