L-industrija tad-difiża

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

L-industrija tad-difiża tal-Unjoni Ewropea hija kkaratterizzata minn komponenti ekonomiċi u teknoloġiċi li jirrappreżentaw fatturi importanti għall-kompetittività industrijali tal-Ewropa. L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-kapaċitajiet ta’ difiża tagħhom u tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-industrija tad-difiża tagħhom. Dan l-aħħar is-settur iddeċieda li jindirizza wħud mill-isfidi ewlenin tiegħu, fosthom il-frammentazzjoni tas-suq u l-livelli baxxi ta’ nfiq, billi jsaħħaħ l-akkwist komuni u jżid in-nefqa fuq id-difiża.