L-Ewwel Trattati

01-01-2018

L-effetti diżastrużi li ħalliet warajha t-Tieni Gwerra Dinjija u t-theddida kostanti tal-konfrontazzjoni bejn il-Lvant u l-Punent fissru li r-rikonċiljazzjoni Franko-Ġermaniża kienet saret prijorità assoluta. Id-deċiżjoni li tiġi kondiviża l-industrija tal-faħam u l-azzar bejn sitt pajjiżi Ewropej, stabbilita bit-Trattat ta' Pariġi fl-1951, ikkostitwiet l-ewwel passi lejn l-integrazzjoni Ewropea. It-Trattati ta' Ruma tal-1957 saħħew il-pedamenti ta' din l-integrazzjoni kif ukoll l-idea ta' ġejjieni komuni għas-sitt pajjiżi Ewropej involuti.