Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

Flimkien mal-Parlament, il-Kunsill huwa l-istituzzjoni li tadotta l-leġiżlazzjoni tal-UE permezz ta’ regolamenti u direttivi u tħejji deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti. Fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu, jieħu d-deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza sempliċi, maġġoranza kwalifikata jew b’mod unanimu, skont il-bażi ġuridika tal-att li jkun jirrikjedi l-approvazzjoni tiegħu.