Il-Kummissjoni Ewropea

01-10-2017

Il-Kummissjoni hija l-istituzzjoni tal-UE li għandha l-monopolju fuq l-inizjattiva leġiżlattiva u setgħat eżekuttivi importanti f'politiki bħall-kompetizzjoni u l-kummerċ estern. Hija l-korp eżekuttiv ewlieni tal-Unjoni Ewropea u hija ffurmata minn Kulleġġ ta' Membri magħmul minn Kummissarju wieħed għal kull Stat Membru. Il-Kummissjoni tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u r-rispett tat-Trattati mill-Istati Membri; tippresiedi wkoll il-kumitati responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE. Is-sistema ta' komitoloġija preċedenti ġiet sostitwita bi strumenti ġuridiċi ġodda, jiġifieri l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati.