L-Ombudsman Ewropew

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-11-2023

L-Ombudsman Ewropew imexxi inkjesti dwar każijiet ta' amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, billi jaġixxi fuq inizjattiva proprja jew abbażi ta' lmenti minn ċittadini tal-UE, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika residenti fi Stat Membru jew li fih ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. L-Ombudsman jiġi elett mill-Parlament Ewropew għat-tul tal-leġislatura Parlamentari.