Il-moviment liberu tal-merkanzija

01-11-2017

Il-moviment liberu tal-merkanzija huwa żgurat permezz tal-eliminazzjoni tad-dazji doganali u r-restrizzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll permezz tal-projbizzjoni ta' miżuri b'effett ekwivalenti. Il-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku, l-eliminazzjoni tal-ostakli fiżiċi u tekniċi, u l-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni ġew miżjuda sabiex jikkontribwixxu għat-tlestija tas-suq intern. L-adozzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid (NLF) fl-2008 saħħet b'mod sinifikanti lill-moviment liberu tal-merkanzija, lis-sistema ta' sorveljanza tas-suq tal-UE u lill-marka CE. Riċerka reċenti tindika li l-benefiċċji li jirriżultaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija u l-leġiżlazzjoni relatata jammontaw għal EUR 386 biljun fis-sena.