Id-drittijiet tal-passiġġieri

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

Tfasslu regoli komuni biex jiżguraw li l-passiġġieri jingħataw mill-inqas livell minimu ta’ assistenza f’każ ta’ dewmien serju jew kanċellazzjoni tal-vjaġġ tagħhom, irrispettivament mill-mezz ta’ trasport użat, u, b’mod partikolari li jiġu protetti l-vjaġġaturi l-aktar vulnerabbli. Ir-regoli jipprevedu wkoll skemi ta’ kumpens. Madankollu, hemm diversi derogi possibbli għat-trasport bil-ferrovija jew bit-triq, u l-azzjonijiet fil-qrati li jikkontestaw ir-regoli għadhom frekwenti.