Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

01-11-2017

L-Unjoni Ewropea qed issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha biex tipprommovi l-iżvilupp armonizzat ġenerali. B'mod partikolari, l-UE għandha l-għan li tnaqqas id-diskrepanzi bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni tagħha. Fost ir-reġjuni konċernati, tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti, bħal pereżempju r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, kif ukoll reġjuni insulari, transfruntiera u muntanjużi.