L-għajnuna strutturali għas-sajd

01-01-2018

Il-politika Ewropea tas-sajd, li fil-bidu kienet iffinanzjata mill-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG), ġiet iffinanzjata mill-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) għall-perjodu 2007-2013, u fil-preżent hija ffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) il-ġdid, b'valur ta' EUR 6.4 biljun, għall-perjodu 2014-2020. Il-FEMS jgħin lis-sajjieda fit-tranżizzjoni lejn sajd sostenibbli, jappoġġja l-komunitajiet kostali fid-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u jiffinanzja proġetti li joħolqu impjiegi ġodda u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tul il-kosta Ewropea.