Ir-relazzjonijiet internazzjonali tas-sajd

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

L-Unjoni Ewropea (UE) għandha rwol ewlieni fil-kooperazzjoni internazzjonali tas-sajd. Id-dimensjoni esterna tal-politika komuni tas-sajd (PKS) tagħha tipprovdi qafas għall-attivitajiet tal-bastimenti tal-UE li jistadu barra l-ilmijiet tal-Unjoni. Dan il-qafas jirfed l-impenn tal-UE fi ftehimiet multilaterali għas-sajd fl-ibħra miftuħa skont l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs), u fi ftehimiet bilaterali dwar is-sajd ma’ pajjiżi terzi għas-sajd fl-ilmijiet tagħhom.