It-trasport bl-ajru: l-Ajru Uniku Ewropew

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

L-inizjattiva Ajru Uniku Ewropew għandha l-għan li żżid l-effiċjenza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru billi tnaqqas il-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew. Din hija inizjattiva pan-Ewropea miftuħa għall-pajjiżi ġirien.