Edukazzjoni għolja

01-09-2017

F'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-politiki dwar l-edukazzjoni għolja huma deċiżi fil-livell tal-Istati Membri individwali. Għaldaqstant ir-rwol tal-UE huwa prinċipalment rwol ta' appoġġ u koordinament. L-objettivi ewlenin tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja jinkludu l-inkoraġġiment tal-mobilità tal-istudenti u l-persunal, it-trawwim ta' rikonoxximent reċiproku tad-diplomi u l-perjodi ta' studju, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-iżvilupp tal-edukazzjoni (universitarja) mill-bogħod.