Politika lingwistika

01-09-2017

Bħala parti mill-isforzi tagħha biex tippromwovi l-mobilità u l-fehim interkulturali, l-Unjoni Ewropea (UE) għażlet it-tagħlim tal-lingwi bħala prijorità importanti u tiffinanzja għadd ta' programmi u proġetti f'dan il-qasam. Fil-fehma tal-UE, il-multilingwiżmu huwa element importanti tal-kompetittività Ewropea. Għalhekk, wieħed mill-objettivi tal-politika lingwistika tal-UE huwa li kull ċittadin Ewropew għandu jkollu ħakma tajba ta' żewġ lingwi oħra flimkien mal-lingwa materna tiegħu.