Tliet ġirien tas-Sħubija tal-Lvant: l-Ukrajna, il-Moldova u l-Belarussja

01-01-2018

Il-politika tal-UE dwar is-Sħubija tal-Lvant, li ġiet stabbilita fl-2009, tkopri sitt stati post-Sovjetiċi: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna. Is-sħubija nħolqot biex issostni l-isforzi ta' riforma politika, soċjali u ekonomika f'dawn il-pajjiżi, bl-għan li jiżdiedu d-demokratizzazzjoni u l-governanza tajba, is-sigurtà tal-enerġija, il-ħarsien tal-ambjent, u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Il-membri kollha minbarra l-Belarussja jipparteċipaw fl-Assemblea Parlamentari Euronest.