Tliet ġirien tas-Sħubija tal-Lvant fil-Kawkasu tan-Nofsinhar

01-02-2018

Il-politika tal-UE dwar is-Sħubija tal-Lvant, li ġiet inawgurata fl-2009, tkopri sitt stati post-Sovjetiċi: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna. Is-sħubija nħolqot biex tappoġġa l-isforzi ta' riforma politika, soċjali u ekonomika f'dawn il-pajjiżi, bl-għan li jiżdiedu d-demokratizzazzjoni u l-governanza tajba, is-sigurtà tal-enerġija, il-ħarsien tal-ambjent, u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Il-membri kollha (minbarra l-Belarussja, li s-sħubija tagħha ġiet sospiża) jagħmlu parti mill-Assemblea Parlamentari Euronest.