L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

01-02-2018

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) hi strument importanti tad-demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni Ewropea, li tippermetti lil miljun ċittadin tal-UE li joqogħdu f'tal-inqas kwart tal-Istati Membri jistiednu lill-Kummissjoni tressaq proposta għal att ġuridiku biex jiġu implimentati t-Trattati tal-UE. Sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, erba' inizjattivi tressqu b'suċċess quddiem il-Kummissjoni.