Il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE

01-03-2018

L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, kif previst fl-Artikolu 2 tat-TUE. Sabiex ikun żgurat ir-rispett lejn dawn il-valuri, l-Artikolu 7 tat-TUE jipprevedi mekkaniżmu tal-UE li jiddetermina jekk hemmx ksur serju u persistenti tal-valuri tal-UE minn Stat Membru, u possibilment jissanzjonah. Dan il-mekkaniżmu ġie attivat għall-ewwel darba dan l-aħħar. L-UE hija marbuta bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tagħha, li tistabbilixxi d-drittijiet li jridu jiġu rrispettati kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Istati Membri meta jimplimentaw id-dritt tal-UE. L-UE hija impenjata wkoll li taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.