Spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja: l-aspetti ġenerali

01-03-2018

It-Trattat ta' Lisbona jagħti importanza kbira lill-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Huwa introduċa għadd ta' elementi ġodda importanti: proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratika li sservi ta' tweġiba għall-abolizzjoni tal-istruttura l-qadima ta' pilastri; setgħat akbar għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE; u rwol ġdid għall-parlamenti nazzjonali. Id-drittijiet bażiċi huma msaħħa permezz ta' Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li issa hija legalment vinkolanti għall-UE.