Il-proċeduri intergovernattivi tat-teħid ta' deċiżjonijiet

01-02-2018

Fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif ukoll f'diversi oqsma oħra, bħall-kooperazzjoni msaħħa, ċerti ħatriet u r-reviżjoni tat-Trattati, il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet hija differenti minn dik imħaddma fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-karatteristika dominanti f'dawn l-oqsma hija komponent aktar qawwi ta' kooperazzjoni intergovernattiva. L-isfida tal-kriżi tad-dejn pubbliku wasslet biex dawn il-mekkaniżmi tat-teħid ta' deċiżjonijiet jintużaw aktar, partikolarment fil-qafas tal-governanza ekonomika Ewropea.