Il-moviment liberu tal-kapital

01-02-2018

Il-moviment liberu tal-kapital hu waħda mill-erba' libertajiet fundamentali tas-suq uniku tal-UE. Minbarra li jirrappreżenta l-aktar libertà riċenti, jikkostitwixxi wkoll l-aktar waħda wiesgħa minħabba d-dimensjoni unika tiegħu b'rabta mal-pajjiżi terzi. Il-liberalizzazzjoni tal-flussi tal-kapital kienet waħda gradwali. Mit-Trattat ta' Maastricht (1994) 'l hawn, tneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-pagamenti u l-movimenti tal-kapital, kemm bejn l-Istati Membri u kemm ma' pajjiżi terzi. Il-prinċipju għandu effett dirett, jiġifieri ma jirrikjedi ebda leġiżlazzjoni ulterjuri, la fil-livell tal-UE u lanqas f'dak tal-Istati Membri.