Komunikazzjonijiet bi prezz li jintlaħaq għan-negozji u l-konsumaturi

01-02-2018

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u s-servizzi tal-aċċess għad-data u għall-internet ħadu post is-servizzi tradizzjonali tat-telefonija bħala l-prodotti ewlenin kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Illum, aktar u aktar kontenut awdjoviżiv huwa disponibbli fuq talba u l-konnettività tal-internet 4G u 5G qed tesperjenza tkabbir esponenzjali. Bħala rispons għal dan il-fenomenu, l-UE stabbiliet qafas regolatorju għat-telekomunikazzjonijiet li jkopri t-telekomunikazzjonijiet fissi u bla wajers, l-internet u s-servizzi tat-trażmissjoni u tax-xandir permezz ta' sensiela ta' regoli li japplikaw fl-Istati Membri kollha tal-UE.