L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

01-01-2018

L-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jikkostitwixxu 99 % tal-kumpaniji fl-UE. Huma jipprovdu tnejn minn kull tliet impjiegi fis-settur privat u jikkontribwixxu għal iktar minn nofs tal-valur miżjud totali li jinħoloq min-negozji fl-UE. Ġew adottati diversi programmi ta' azzjoni biex jiġu appoġġati l-SMEs, bħall-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, Orizzont 2020 u l-programm COSME. L-għan tagħhom huwa li jżidu l-kompetittività tal-SMEs permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, u jipprovdu aċċess aħjar għall-finanzjament għall-SMEs.