Il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

It-tkabbir sostenibbli huwa wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea (UE). F’perjodu ta’ tibdil rapidu fil-klima u ta’ domanda dejjem tikber għall-enerġija u r-riżorsi, l-UE introduċiet firxa sħiħa ta’ politiki u inizjattivi li għandhom l-għan li jiggarantixxu konsum u produzzjoni sostenibbli. Skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u, b’mod partikolari, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, tħabbret inizjattiva leġiżlattiva dwar il-politika tal-prodotti sostenibbli biex il-prodotti jiġu adattati għal ekonomija newtrali għall-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ċirkolari.