It-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku

01-02-2018

It-tniġġis tal-arja u l-ħsejjes eċċessivi jagħmlu ħsara lil saħħitna u lill-ambjent tagħna. It-tniġġis tal-arja prinċipalment jiġi mill-industrija, mit-trasport, mill-produzzjoni tal-enerġija u mill-agrikoltura. L-istrateġija tal-UE fir-rigward tal-kwalità tal-arja tfittex li sal-2020 tiġi rispettata għalkollox il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-kwalità tal-arja u tistabbilixxi objettivi fit-tul għall-2030. Id-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali tgħin biex jiġu identifikati l-livelli tal-ħsejjes fl-UE u biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex dawn jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli. Leġiżlazzjoni separata tirregola t-tniġġis tal-arja u dak akustiku minn għejun speċifiċi.