Il-protezzjoni u l-immaniġġjar tal-ilma

01-02-2018

L-ilma huwa essenzjali għall-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti u għall-ekonomija. Il-protezzjoni u l-immaniġġjar tiegħu jmorru lil hinn mill-konfini nazzjonali. Id-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Ilma (DQI) tistabbilixxi qafas legali biex jiġi protett u ripristinat l-ilma nadif fl-UE u sabiex jiġi żgurat l-użu sostenibbli u fit-tul tiegħu. Din hija kkomplementata minn leġiżlazzjoni aktar speċifika, bħad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb jew dik dwar il-kwalità tal-Ilma għall-Għawm, id-Direttiva dwar l-Għargħar u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, kif ukoll minn ftehimiet internazzjonali.