Bijodiversità, użu tal-art u forestrija

01-02-2018

Il-Konferenza dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tan-NU tal-1992 tirrappreżenta pass ewlieni 'l quddiem għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-ħarsien tan-natura bis-saħħa tal-adozzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. L-UE żvolġiet rwol internazzjonali importanti biex issib soluzzjonijiet għat-telf tal-bijodiversità, it-tibdil fil-klima u l-qerda tal-foresti tropikali. Fl-2011, l-UE impenjat ruħha li twaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema fl-UE sal-2020. Objettivi oħra previsti fid-Direttiva dwar il-Ħabitats jew il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) għad iridu jintlaħqu. Il-ftehim globali ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima li ntlaħaq f'Diċembru 2015 sabiex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-leġiżlazzjoni sussegwenti tal-UE biex timplimenta l-ftehim huma mistennija li jkollhom impatt pożittiv fuq il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-foresti fid-deċennji li ġejjin. Mill-1992 lil hawn, il-programm LIFE kien l-aktar strument finanzjarju importanti għall-ħarsien tal-bijodiversità u l-foresti fl-UE.