Il-politika tas-servizzi finanzjarji

01-02-2018

Is-servizzi finanzjarji huma element essenzjali tal-isforzi tal-UE biex jiġi kkompletat is-suq intern, bħala parti mill-moviment liberu tas-servizzi u l-kapital. Il-fażijiet tal-progress lejn l-integrazzjoni jistgħu jinqasmu kif ġej: (1) it-tneħħija tal-ostakli għad-dħul nazzjonali (1957-1973), (2) l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u l-politiki nazzjonali (1973-1983), (3) l-ikkompletar tas-suq intern (1983-1992), (4) il-ħolqien taż-żona tal-munita unika u l-perjodu ta' qabel il-kriżi (1999-2007), u (5) ir-riforma ta' wara l-kriżi (mill-2007). Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jippreżenta sett ġdid ta' sfidi b'implikazzjonijiet potenzjali fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji fi ħdan l-UE u lil hinn.