Il-politika tal-kompetizzjoni

01-02-2018

L-Artikoli 101 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jinkludu regoli dwar il-kompetizzjoni fis-Suq Komuni. Skont dawn ir-regoli, akkordji bejn il-kumpaniji li jillimitaw il-kompetizzjoni huma pprojbiti. Kumpaniji b'pożizzjoni dominanti fis-suq huma pprojbiti milli jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom b'mod li jaffettwa ħażin il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-fużjonijiet bejn il-kumpaniji u l-akkwiżizzjonijiet fuq dimensjoni tal-UE huma mmonitorjati mill-Kummissjoni Ewropea u f'ċerti każijiet jistgħu jiġu pprojbiti. L-għajnuna mill-Istat lil ċerti kumpaniji jew prodotti hija pprojbita, għaliex twassal għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, iżda jistgħu jiġu permessi f'ċerti każijiet. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni japplikaw ukoll għal kumpaniji pubbliċi, servizzi pubbliċi u servizzi ta' interess ġenerali. Jekk it-twettiq tal-għanijiet ta' dawn is-servizzi speċjali ikun ipperikolat, ir-regoli tal-kompetizzjoni jistgħu ma jibqgħux applikabbli.