Il-politika fiskali ġenerali

01-02-2018

Is-setgħa li tiġi imposta t-taxxa tinsab f'idejn l-Istati Membri, u l-UE għandha biss kompetenzi limitati. Peress li l-politika tat-taxxa tal-UE hija mmirata lejn il-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku, l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni indiretta kienet indirizzata qabel it-tassazzjoni diretta. Il-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa ta' dannu saret prijorità politika. Il-miżuri tat-taxxa jridu jiġu adottati unanimament mill-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jiġi kkonsultat dwar kwistjonijiet ta' taxxa, ħlief dwar kwistjonijiet relatati mal-baġit, li għalihom huwa koleġiżlatur.