Il-politika monetarja Ewropea

01-02-2018

Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) tinkludi l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kollha tal-UE. L-objettiv ewlieni tas-SEBĊ hija li tiggarantixxi l-istabbiltà tal-prezzijiet. Sabiex jilħaq l-objettiv ewlieni tiegħu, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq strateġija ta' politika monetarja b'żewġ pilastri u jimplimentahom bl-użu kemm ta' miżuri standard kif ukoll ta' miżuri mhux standard tal-politika monetarja. L-istrumenti ewlenin tal-politika monetarja standard tal-BĊE huma l-operazzjonijiet ta' suq miftuħ, il-faċilitajiet permanenti u ż-żamma ta' riżervi minimi. Bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, il-BĊE bidel ukoll l-istrateġija ta' komunikazzjoni tiegħu billi pprovda gwida bil-quddiem dwar it-triq futura tal-politika tal-BĊE dwar ir-rati tal-imgħax li tiddependi mill-prospetti għall-istabbiltà tal-prezzijiet u ħa numru ta' miżuri mhux standard ta' politika monetarja. Dawn jinkludu x-xiri ta' assi u bonds sovrani fis-suq sekondarju, bl-għan li jissalvagwardja l-istabbiltà tal-prezzijiet u l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta' trażmissjoni tal-politika monetarja.