Il-Parlament Ewropew: sfond storiku

01-03-2018

Il-Parlament Ewropew oriġina mill-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), li saret l-assemblea komuni tat-tliet komunitajiet Ewropej sovranazzjonali li kienu jeżistu dak iż-żmien. Sussegwentement l-assemblea ħadet l-isem "Parlament Ewropew". Maż-żmien, l-istituzzjoni, li mill-1979 il-membri tagħha bdew jiġu eletti direttament, għaddiet minn tibdil profond: minn assemblea b'membri magħżula għal parlament elett li huwa rikonoxxut bħala entità li tinfluwenza l-aġenda politika tal-Unjoni Ewropea.