Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

01-03-2018

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) hija waħda mis-seba' istituzzjonijiet tal-UE. Hija magħmula minn żewġ qrati: il-Qorti tal-Ġustizzja proprja u l-Qorti Ġenerali. Hija responsabbli għall-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-qrati jiżguraw li jkun hemm interpretazzjoni u applikazzjoni korretti tad-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni fit-territorju tal-UE. Jeżaminaw il-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jiddeċiedu jekk l-Istati Membri jkunux irrispettaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tad-dritt primarju u sekondarju. Il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti wkoll interpretazzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni meta l-imħallfin nazzjonali jitolbu dan.