L-infiq tal-Unjoni

01-05-2018

L-infiq tal-baġit huwa approvat b'mod konġunt mill-Kunsill u mill-Parlament. Il-baġit annwali tal-UE jrid jirrispetta l-limiti massimi baġitarji maqbula fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għal programmi u politiki differenti, bħalma huma dawk dwar il-koeżjoni, l-agrikoltura u r-relazzjonijiet esterni. L-istrumenti ta' flessibbiltà jiżguraw li l-UE tkun tista' tirreaġixxi f'każ ta' ħtiġijiet mhux previsti. L-użu tal-istrumenti finanzjarji joħloq effett ta' lieva fir-rigward tal-infiq tal-UE.